L-IĠM JIDDISKUTI D-DEKRIMINALIZZAZZJONI TAL-LIBELL MAL-MINISTRU OWEN BONNICI

22 ta’ April 2015

F’laqgħa kordjali li l-Kunsill tal-Ġurnalisti Maltin, l-IĠM, kellu mal-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Kunsilli Lokali, Dr Owen Bonnici, kienu diskussi numru ta’ temi li jolqtu l-ġurnaliżmu f’pajjiżna fosthom id-dekriminalizzazzjoni tal-libell, l-inklużjoni strutturata tal-medjazzjoni f’każi ta’ libell, it-twaqqif ta’ Uffiċċju Stampa jew il-ħatra ta’ Press Officer fil-Qorti u r-reviżjoni tal-Press Act – il-liġijiet li għandhom x’jaqsmu mal-istampa. Continue reading