Qbil li l-libell Kriminali għandu jitneħħa

Stqarrija għall-Istampa xx/2012

Data: 30 t’April 2012

Imressaq ir-rapport tal-IĠM fil-Parlament

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ressaq ir-rapport tiegħu b’bosta rakkomdazzjonijiet ta’ liġijiet, sew Ewlenija kif ukoll Sussidjara, li taffettwa l-ħajja ta’ kuljum tal-ġurnalisti Maltin u Għawdxin.

Dan ir-rapport ta’ 5 paġni tressaq fil-Kumitat Parlamentari għall-Kodikazzjoni u t-Tisħih tal-Liġijiet mmexxi mid-Deputat Franco Debono (PN) u magħmul mid-Deputati Francis Zammit  Dimech (PN) u d-Deputat Jose’ Herrera (PL).

Ir-rapport tressaq miċ-Ċermen tal-IĠM Malcolm J. Naudi (kopja tiegħu qed jinhemeż ma’ din l-istqarrija) Continue reading

L-IĠM issejjaħ għal aġġornament tal-liġijiet li jolqtu l-liberta’ tal-espressjoni

Il-Konferenza Generali Annwali tal-Istitut tal-Gurnalisti Maltin li tlaqqghet nhar it-Tnejn 18 ta’ Jannar, ghamlet sejha ghal aggornament shih tal-ligijiet tal-pajjiz li, b’xi mod jew iehor, jolqtu l-liberta’ tal-espressjoni u biex dawn ikunu jirriflettu r-realtajiet li qed nghixu llum kif ukoll biex ikunu konformi mal-ligijiet tal-Unjoni Ewropea. Continue reading