43 FINALISTA FIT-22 EDIZZJONI TAL-MALTA JOURNALISM AWARDS

Stqarrija Numru 08/2012
Data: 26 ta’ Marzu 2012

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ħabbar l-ismijiet tat-43 finalista li laħqu l-istadju finali minn fost id-69 participant li hadu sehem fil-kompetizzjoni ġurnalistika annwali tal-Malta Journalism Awards.
Din hi t-22 edizzjoni konsekuttiva li l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin qed jorganizza. Matul is-snin, din il-kompetizzjoni kibret u llum għandha 16-il kategorija. Diversi istituzzjonijiet u kumpaniji ewlenin, sena wara l-ohra, jisponsorjaw il-Malta Journalism Awards. Fost dawn hemm l-HSBC Bank Malta p.l.c., l-Awtorità tax-Xandir, Vodafone Malta Limited, il-Fond għall-Kawżi Ġusti, SmartCity Malta, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, The Farsons Foundation, Malta International Airport p.l.c., il-kumpanija Middlesea Insurance p.l.c., il-linja ta’ l-ajru Emirates, il-kumpanija GreenPak u l-Familja Sammut.

Continue reading