Image

Ġurnalista mhedda – Kundanna bla riżerva għal kull tip ta’ theddid u intimidazzjoni fuq il-korp ġurnalistiku

7 ta’ Diċembru 2019

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) jikkundanna t-theddid li sar fuq ġurnalista aktar kmieni llum. F’rapport li l-IĠM irċieva illejla, ġie infurmat li ġurnalista irċiviet ittra ta’ theddid fid-dar privata tagħha u li għalih, il-ġurnalista kellha tirrikorri għand il-Pulizija biex tagħmel rapport. L-IĠM itenni li l-ebda forma ta’ theddid u intimidazzjoni fuq membru jew membri tal-korp ġurnalistiku ma jiġi ttollerat jew aċċettat u għandu jiġi kkundannat bil-qawwa kollha.

L-IĠM juri solidarjetà mal-ġurnalista. 

Infakkru li l-irwol tal-ġurnalist hu fundamentali f’demokrazija, u huwa ta’ għajb kbir li nies li b’dedikazzjoni u sagrifiċċji jwettqu xogħolhom b’servizz lejn il-pubbliku, ikollhom iħabbtu wiċċhom ma’ atti kodardi bħal dawn. Dan il-każ isegwi sensiela ta’ inċidenti fl-aħħar jiem fejn ġurnalisti kienu mhedda, intimidati, imbuttati u ssuttati, każi li fihom l-IĠM ħarġet tikkundanna bla ebda riżerva. 

Insejjħu biex il-korp tal-Pulizija joffri il-protezzjoni meħtieġa lejn il-membri tal-korp ġurnalistiku u jinvestiga il-każ, kif għandhom jiġu investigati il-każi kollha ta’ theddid fuq il-membri tal-istampa u x-xandir, biex jinstab min kien wara dan it-theddid u jitressaq quddiem il-ġustizzja.

Image

Reazzjoni tal-IĠM għar-risposta tal-Prim Ministru għall-protest li sar dwar dak li seħħ f’Kastilja fil-lejl ta’ bejn id-29 u t-30 ta’ Novembru 2019

6 ta’ Diċembru 2019

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin iħoss li r-risposta tal-Prim Ministru għall-Protest li sar kontrih mill-IĠM u numru ta’ ġurnalisti oħra, dwar l-aġir illegali li twettaq fil-konfront ta’ ġurnalisti Maltin u barranin li attendew għall-konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja fil-lejl bejn id-29 u t-30 ta’ Novembru, ikompli jikkonferma l-problemi serji li qed jiffaċċjaw il-ġurnalisti f’pajjiżna.

Permezz tal-Avukat Ġenerali, l-Prim Ministru qal li l-ġurnalisti attendew volontarjament għal din il-konferenza li għaliha kien hemm proċedura li tipprovdi għall-ordni ta’ ħruġ mis-sala fejn saret il-konferenza billi l-ewwel joħroġ mis-sala l-Prim Ministru u l-Ministru li kienu jakkumpanjawh u warajhom joħorġu l-pesuni l-oħra.

Il-ġurnalisti preżenti jiċħdu li f’xi mument kienu nfurmati b’din il-proċedura li żgur dwarha ma kien hemm ebda ftehim.

Il-Prim Ministru qal li hu fatt paċifiku li min jorganizza avveniment għandu dritt jistabilixxi proċedura għal dak l-avveniment. Il-Prim Ministru jaf li kemm il-darba l-ġurnalisti attendew għal avvenimenti organizzati minnu u qatt ma kienu stabbiliti proċeduri simili. Għalhekk jekk f’din l-okkażżjoni nħasset il-ħtieġa li tkun stabbilita xi proċedura partikolari, min attenda għaliha fuq stedina tal-Uffiċċju tiegħu kellu jkun infurmat b’din l-istedina.
Fil-Kontro Protest intqal li l-avvenimenti pubbliċi dejjem isegwu Protokoll dwar kif isir il-ħruġ fi tmiem l-avveniment. L-IĠM jistaqsi xi protokoll hu dan, ma’ min kien miftiehem u min kien jaf bih. Qatt qabel din l-okkażżjoni ma kien segwit tali protokoll jekk verament jeżisti.

Il-Prim Ministru qal ukoll li ma tħalliex joħroġ kulħadd f’daqqa mil-laqgħa biex ma jkunx hemm rassa, b’riskju wkoll għas-sigurtà. Dan hu insult għall-ġurnalisti li l-IĠM jikkundanna bil-qawwa kollha. Il-ġurnalisti qatt ma kkaġunaw rassa jew riskju għas-siġurtà, anzi diversi drabi jkunu huma nfushom li jsibu ruħhom f’riskju għas-sigurtà tagħhom biex jaqdu dmirhom.

Il-Prim Ministru fil-Kontro Protest tiegħu ma qal xejn dwar il-persuni li mbarraw il-bibien tas-sala bil-preżenza tagħhom u ma ħallewx lill-ġurnalisti joħorġu mis-sala.. Implika li dawn il-persuna li ma riedux jidentifikaw ruħhom u ma kellhom ebda tip ta’ identifikazzjoni kienu “addetti għas-sigurtà”.

L-IĠM jistaqsi, jekk dawn humiex impjegati tal-Gvern? Min qabbadhom biex ikunu “addetti għas-sigurtà”? Għaliex inħass il-bżonn, f’din l-okkażżjoni biss li jkum hemm addetti għas-sigurtà meta l-ġurnalisti li tħallew jidħlu għall-konferenza stampa kienu kollha identifikati u ġurnalisti ‘bona fide’? Dan hu insult ieħor għall-ġurnalisti li xi ħadd ħass il-bżonn li jagħmel is-sigurtà fuqhom biex ma jagħmlux xi ħaġa mhux proprja.

L-IĠM isostni li f’dik l-okkażżjoni, is-suppost “addetti għas-sigurtà” wettqu azzjoni illegali meta ma ħallewx lill-ġurnalisti joħorġu minn Kastilja immedjatament wara li ntemmet il-konferenza tal-Prim Ministru. Dan sar biex il-ġurnalisti ma jkunux jistgħu jaqdu dmirhom u jagħmlu d-domandi li ma tħallewx jagħmlu waqt il-konferenza fejn il-Prim Ministru ħa biss numru limitat ħafna ta’ domandi meta kien hemm aktar ġurnalisti li xtaqu jagħmlu d-domandi tagħhom.

Il-Prim Ministru temm il-kontro protest tiegħu billi qal li l-“addetti tas-sigurtà” kienu hemm biex jikkontrollaw il-folol. Jekk għall-Uffiċċju tal-Prim Ministu numru ta’ ġurnalisti mistiedna, għandhom jitqiesu “folla” u hemm bżonn li jkunu maniġġjati min “addetti għas-sigurtà”, allura veru li l-ogħla awtoritajiet tal-Gvern ma għandhom ebda rispett lejn il-membri tal-istampa.

Fid-dawl ta’ dan kollu, l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin irid jerġa’ jikkundanna bil-qawwa kollha dak li seħħ wara l-imsemmija konferenza stampa, jikkundanna t-tweġiba uffiċjali tal-Prim Ministru għall-protesta tiegħu u jsostni li se jibqa’ jaqdi dmiru u jipproteġi b’kull mod l-eżerċizzju ħieles tal-ġurnaliżmu liberu f’pajjiżna.

Hawn taħt tistgħu issibu kopja tal-kontro-protest li irċieva l-IĠM mingħand l-Uffiċċju tal-Prim Ministru:

Image

Ġurnalisti għal darb’oħra aggrediti u mhedda waqt xogħolhom – sitwazzjoni inaċċettabli

2 ta’ Diċembru 2019

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin għal darb’oħra fi ftit jiem qed jipprotesta bil-qawwa kollha għal dak li seħħ il-lejla fil-belt Valletta meta ġurnalisti li kienu qed jaqdu dmirhom biex jirrappurtaw dak li kien qed iseħħ waqt protesta quddiem il-bini tal-Parlament, sfaw aggrediti waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Inċidenti simili seħħew fil-Ħamrun fejn ġurnalisti li ukoll kienu qed jaqdu dmirhom, sfaw mgħajra u ssutati.

L-Istitut, filwaqt li japprezza l-ħidma tal-pulizija li evitat li l-inċidenti jeskalaw aktar, ma jista’ qatt jaċċetta li ġurnalisti li jkunu qed jaqdu dmirhom jisfaw mhux biss imfixkla imma anke msawta.

Għalhekk, mill-ġdid nappellaw biex f’dawn iż-żminijiet delikati li minnhom għaddej pajjiżna, tinżamm il-kalma u l-ġurnalisti jitħallew jaqdu dmirhom bil-libertà u b’serenità.

L-Istitut tal-Ġurnalisti jħoss li mhux tollerabbli li ġurnalisti jkunu mfixkla, aggrediti jew imsawwta fil-qadi ta’ dmirijiethom u għalhekk jappella lill-Pulizija biex tagħti l-protezzjoni meħtieġa lill-membri tal-istampa u tieħu passi skont il-liġi kontra kulmin jikser il-liġi, hu min hu.

L-Istitut juri s-solidarjetà sħiħa tiegħu mal-ġurnalisti aggrediti u mal-ġurnalisti kollha li qed ikomplu jaqdu dmirhom f’ċirkostanzi diffiċli biex jagħtu servizz lill-poplu dwar dak li qed iseħħ fil-pajjiż.

Image

IĠM condems treatment of journalists and asks for assurances that this will not repeat itself

29th November 2019

The Insitute of Maltese Journalists condemns the situation that materialised at the Office of the Prime Minister in the early hours of the morning of Friday, 29 November where a number of local and foreign journalists were kept against their will in a hall at the Office of the Prime Minister, after attending a press conference the Office organised at 3.00 a.m.

The press was summoned to the Office of the Prim Minister for a press conference after a six-hour long Cabinet meeting which discussed a request for a Presidential Pardon by a businessman who is being investigated in connection with the murder, two years ago, of fellow journalista Daphne Caruana Galizia.

After a chort declaration by Prim Minister Joseph Muscat who informed the meda that Cabinet had decided against recomending the Pardon to the President of the Republic, the Prime Minister allowed only a couple of questions and left the room in spite of the fact that a number of the journalists present had other questions to put to him.

At this point, a number of unidentified persons, who are not secutiry people or employees of the Office of the Prime Minister, obstructed the exit doors of the conference hall so that the journalists could not leave the room to return to their offices in these early hours of the day. This unlawful behaviour at the Office of the Prime Minister lasted a considerable time – amidst protest by the local and foreing press present – untill the Prime Minister and Ministers had distanced themselves from the building so that the journalists could not reach them to ask questions.

The Institute of Maltese Journalists strongly protest with the Office of the Prime Minister about this illegal and undemocratic behaviour and asked for assurance that such abuse will not repeat itself.

The Institute extended its full solidarity with the journalists subjected to this abuse and condemned all intimidation against journalists in the discharge of thier duties and asked that journalists be allowed to carry out their duties without hindrance and intimidation.

In the meantime the Institute joined a number of individual journalists who were subjected to this abuse and sent a Judicial Protest to the Prime Minister and asked the Commissioner for Standards in Public Life to pronounce itself on these facts. IĠM’s efforts are endorsed by the International Federation of Journalists (IFJ) and the European Federation of Journalists (EFJ).