Il-QORTI TILQA’ R-RIKORS TAL-IĠM

STQARRIJA STAMPA : 30 TA’ OTTUBRU 2017

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jilqa’ b’sodisfazzjon li l-Maġistrat Inkwirenti laqa’ t-talba li kien għamel l-IĠM biex fil-proċess tal-investigazzjoni dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia jkunu mħarsa s-sorsi kollha li kellha s-Sinjura Daphne Caruana Galizia kemm għall-istejjer li kienet ippubblikat kif ukoll għal stejjer oħra li setgħet kienet qed taħdem fuqhom qabel ma nqatlet.

It-talba tal-IĠM kienet saret bl-appoġġ tal-edituri kollha tal-midja lokali.

Ir-rikors kien sar mill-avukat Stefano Filletti, ir-rappreżentant legali tal-IĠM.

ARA UKOLL :

https://igm.org.mt/2017/10/19/l-igm-brikors-fil-qorti/

 

Advertisements

INAĊĊETTABBLI MIŻURI LEGALI DRASTIĊI KONTRA L-MIDJA U L-ĠURNALIST

 

STQARRIJA STAMPA – 24 TA’ OTTUBRU 2017

B’referenza għall-istqarrija editorjali pubblikata minn The Times of Malta fuq il-midja soċjali, l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jiddikjara li qatt mhu se jaċċetta li jkun hemm min jieħu miżuri legali drastiċi li l-ħsieb warajhom huwa li jġib għarkuptejh il-qagħda finanzarja ta’ kumpanija jew kumpaniji li jmexxu ‘l midja f’Malta.

L-Istitut tal-Ġurnalisti jiddikjara li kwalunkwe miżuri f’dan ir-rigward għandhom tifsira waħda: theddida ċara u serja għal-liberta tal-istampa li għal pajjiż demokratiku bħal Malta, qatt u qatt mhu aċċettabbli.

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin se jkun qed jaħdem u jagħmel pressjoni biex fl-emendi li jridu jsiru għal-liġi tal-libelli, fejn fost l-oħrajn irid jitneħħa l-libell kriminali, tittieħed kunsiderazzjoni serja ta’ sitwazzjonijiet bħal dawn, l-iskop warajhom huwa biss li jagħlaq l-operat tal-midja.

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jappella lid-deputati parlamentari kollha biex issa kif l-Abbozz ta’ Liġi l-ġdid se jkun qed jitressaq għad-diskussjoni fil-Parlament fl-istadju tat-Tieni Qari jieħdu kunsiderazzjonijiet ta’ dak li qed tgħaddi minnhom il-midja lokali li mhuma xejn ħlief azzjonijiet legali maħsuba biex ifallu finanzjarjament l-operat tal-midja lokali.

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jiddikjara solidarjetà sħiħa mal-gazzetti tal-Progress Press li jinsabu taħt pressjoni mhux ġustifikata f’din is-siegħa importanti għall-ġurnaliżmu f’Malta.

“IL-PINNA TIRBAĦ LILL-BIŻA”

STQARRIJA STAMPA : 21 TA’ OTTUBRU 2017

Il-midja lokali, għada l-Ħadd, 22 ta’ Ottubru se tkun qiegħda tingħaqad f’messaġġ wieħed favur il-liberta` tal-espressjoni u l-liberta` tal-istampa fl-isfond tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li seħħ nhar it-Tnejn li għadda.

Permezz tal-messaġġ IL-PINNA TIRBAĦ LILL-BIŻA’, ir-rappreżentanti kollha tal-midja lokali – ġurnalisti, xandara u preżentaturi – huma msejħa biex iwasslu messaġġ qawwi ta’ determinazzjoni li ĦADD u XEJN mhu se jwaqqaf jew isikket il-ħidma fit-tfittxija għall-verita` fil-ħidma professjonali tagħhom ta’ kuljum.

300 250_01484

L-IĠM ipprepara u qassam materjal stampat u mxandar li matul il-ġurnata tal-Ħadd, 22 ta’ Ottubru se jkun qiegħed jintuża fuq il-midja lokali – gazzetti, siti elettroniċi tal-aħbarijiet kif ukoll televiżjoni u radju kif maqbul f’laqgħa apposta li saret nhar il-Ħamis li għadda bis-sehem u l-approvazzjoni tal-edituri kollha tal-midja lokali f’pajjiżna.

 

300 250 eng_01484_01484

 

L-IĠM B’RIKORS FIL-QORTI

19 TA’ OTTUBRU 2017

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin qed jippubblika rikors li ppreżenta llum fil-Qorti wara laqgħa li għaliha kienu preżenti l-edituri ta’ kmamar tal-aħbarijiet differenti u wara l-manifestazzjoni ta’ solidarjeta’ mal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li nqatlet nhar it-Tnejn li għadda.
The Institute of Maltese Journalists is circulating the court application filed today soon after a meeting during which editors from various newsrooms were present and after the solidarity gathering in memory of journalist Daphne Caruana Galizia who was murdered last Monday.

L-IGM jilqa’ l-kjarifika ta’ Dr Deborah Schembri

B’referenza għad-dikjarazzjoni ta’ Dr Deborah Schembri fi programm televiżiv li sar ilbieraħ, l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ikkomunika direttament magħha u jinnota b’sodisfazzjon li kkjarifikat il-pożizzjoni tagħha pubblikament.

Dr Deborah Schembri ikkundannat bil-qawwa kollha il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u qalet li kulħadd għandu d-dritt jesprimi ruħu b’mod liberu u min iħossu inġurjat għandu r-rimedju tal-qorti u mhux jieħu l-liġi b’idejh.

L-IĠM, filwaqt li kif għamel dejjem, jappella għal ġurnaliżmu responsabbli, ma’ jista’ jaqbel qatt li jitpoġġa xi limitu fuq dak li għandu jgħid il-ġurnalist.

 

Il-kjarifika ta’ Dr Deborah Schembri :