The Gold Award

Il-Mission Statement tal-GOLD AWARD

L-għan ewlieni tal-Gold Award huwa li jonora lil dawk li matul ħajjithom ikunu taw kontribut sinifikanti lill-ġurnalizmu, liema impenn ikunu għamluh billi jkunu marru lil hinn mid-dover ġurnalistiku normali tagħhom.

Biex ikompli jibni fuq is-suċċess miksub mill-BPC Award to Journalists li, sa mill-1990, beda jagħti rikonoxximent xieraq lill-Ġurnalisti, u fuq proposta tas-sur Joseph Brockdorff ic-Chairman tal-BPC International Limited, l-isponsor ewlieni ta’ dan l-Award, il-Malta Press Club fl-1998 nieda l-Gold Award.

L-iskop tal-Gold Award huwa biex jingħata għarfien mistħoqq lil persuna b’karriera twila u esperjenza vasta fil-ġurnaliżmu li tkun tat kontribut sostanzjali għall-iżvilupp tal-ġurnalizmu, liema kontribut imur lil hinn minn rekwiziti ta’ prattika normali fil-professjoni. Jistgħu jsiru wkoll sottomissjonijiet u nominazzjonijiet ta’ għaqdiet, organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet sakemm dawn ikunu konformi ma’ l-għan tal-Gold Award.

Ir-rebbieħa tal-Gold Award (Gold Award winners):

1998 – Fr Joe Borg

1999 – Anton Cassar

2000 – Frank Attard

2001 – J.G. Vassallo

2002 – Anthony Montanaro

2003 – John Manduca

2004 – Charles Grech Orr

2005 – Paul Carachi

2006 – Paul Saliba

2007 –Lino Cassar

2008 – Joe Micallef Stafrace

2009 – Lino Spiteri

2010 – Victor Aquilina

2011 – Michael Schiavone

2012 – John Micallef

2013 – John Inguanez

2014 – Joe A. Vella

2015 – Joseph Brockdorff

2016 – John Pisani

2017 – Lino Arrigo Azzopardi & Lino Bugeja

2018 – Daphne Caruana Galizia

2019 – Laurence Grech

Advertisements