KANDIDATI GĦALL-ELEZZJONI TAL-KUNSILL IL-ĠDID 2018-2020

Il-Konferenza Ġenerali bijennali tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) se ssir nhar is-Sibt 28 ta’ Lulju biex fiha, fost affarijiet oħra jinħatar il-Kunsill il-ġdid li jrid imexxi lill-Istitut għas-sentejn li ġejjin.

Sakemm għalaq il-ħin tan-nominazzjonijiet, is-Segretarju Ġenerali kien irċieva dawn in-nominazzjonijiet:

Għall-kariga ta’ President: Yannick Pace

Segretarju Ġenerali:  Nigel Mifsud u Chris Peregin

Teżorier: Mario Schiavone

Membri: Roderick Agius, Domnic Aquilina, Charles Camenzuli, Tim Diacono u Mario Xuereb.

Fil-laqgħa mistennija tingħata informazzjoni dwar il-ħidma li għamel il-Kunsill fis-sentejn li għaddew u dettalji  dwar diskussjonijiet li għaddejjin dwar il-Liġi tal-Media u d-Defamazzjoni.

Il-Konferenza Ġenerali se ssir fl-10.30 a.m.  fl-Uffiċċju tal-IGM li jinsab f’numru 280, Triq ir-Republika l-Belt Valletta. Il-membri kollha huma mħeġġa li jattendu u jkunu fil-ħin.

Advertisements