L-IĠM isellem lil Dr Joe Cassar

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jixtieq isellem il-memorja ta’ Dr Joe Cassar li ħalla din id-dinja kmieni dalgħodu.

 

ambaxxatur-joseph-cassar

Dr Cassar kien membru fundatur tal-Malta Press Club li llum sar l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin.  Għal snin twal kien Direttur Editorjali tal-ġurnali tal-Istamperija Indipendenza u kiteb ħafna f’dawn il-ġurnali u f’media oħra lokali u kkontribwixxa f’diversi diskussjonijiet televiżivi u fuq l-istazzjonijiet tar-radju.

Dr. Joe Cassar kellu wkoll karriera diplomatika twila li fiha serva lil pajjiżna fin-Nazzjonijiet Uniti fi New York u Ginvera, fir-Russja, l-Italja u l-Libja fost pajjiżi oħra.

L-IGM jixtieq iwassal is-solidarjeta’ tiegħu lill-familja Cassar.

Advertisements