Wasteserv tissponsorja l-kategorja “Ġurnaliżmu Ambjentali” tal-MJA’s

Il-Kumpanija tal-Gvern għall-immaniggjar tal-iskart, Wasteserv, qegħda ġentilment tisponsorja il-premju fil-kategorija ‘Ġurnaliżmu dwar l-Ambjent’. Dan il-premju ser jingħata lil dik jew dak il-ġurnalist li ffoka x-xogħol ġunalistiku tiegħu fuq temi li jitrattaw l-ambjent u l-ħarsien tiegħu.

WASTESERV SPONSORSHIP

Il-filosofija tal-kumpanija Wasteserv hija li filwaqt li tipproteġi l-ambjent, mill-iskart li tirċievi, nagħmluh riżorsa. Għalhekk il-kumpanija Wasteserv hija kburija li qed tagħti s-sehem u s-sapport tagħha f’dan l-avveniment prestiġjuż.

Wasteserv tixtieq tirringrazzja lill-ġurnalisti kollha li jagħżlu li jindagaw fuq temi ambjentali sabiex il-pubbliku ikun infurmat aktar fuq dan is-suġġett. Ix-xogħol tal-ġurnalisti huwa parti importanti u essenzjali għall-ħarsien, protezzjoni u apprezzament tal-ambjent Malti u Għawdxi.

Advertisements