BRITANNIA SERVICES LTD. B’AKTAR APPOĠĠ LILL-IĠM

Għar-raba’ sena konsekuttiva, il-kumpanija Britannia Services Limited qed tagħti l-appoġġ tagħha lill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin fl-organizzazzjoni tat-28 Edizzjoni tal-IĠM Awards. Din il-kumpanija qed tisponsorja l-kategorija marbuta ma’ xogħol ġurnalistiku li jagħmlu ġurnalisti Maltin barra.

 

PIX BRITANNA PREZENTAZZJONI

Noel Farrugia, Direttur Maniġerjali ta’ Brittania Tours jippreżenta l-isponsorship li Roderick Agius f’isem l-IĠM

Noel Farrugia, Direttur Maniġerjali tal-kumpanija qal: “Britannia Tours b’sodisfazzjon tiddikjara l-appoġġ kontinwu tagħha għall-ħidma tal-ġurnalisti barra minn Malta. Appoġġ bħal dan jgħin lill-ġurnalisti Maltin jimirħu u javanzaw fil-karriera tagħhom.”

Għall-preżentazzjoni tal-isponsorship, l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin kien rappreżentat mis-Segretarju Informazzjoni, is-Sur Roderick Agius, li huwa wkoll l-organizzatur ta’ dawn l-awards. F’isem l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin filwaqt li wera apprezzament kbir għall-għajnuna tal-kumpanija Britannia Services Limited, stqarr li dan l-appoġġ huwa konferma ta’ kif kumpaniji lokali huma lesti li jgħinu u jsostnu l-ħidma tal-ġurnalisti Maltin lil hinn minn xtutna li f’okkażjonijiet tista’ tkun ukoll diffiċli minħabba ċ-ċirkostanzi.”

Is-serata finali tal-IĠM Awards se ssir nhar is-Sibt, 5 ta’ Mejju, 2018 fil-Lukanda The Palace, f’Tas-Sliema. Matul is-serata jitħabbru r-rebbieħa f’aktar minn 20 kategorija kif ukoll ir-rebbieħ tal-Gold  Award.

Advertisements