DHL jisponsorja  l-kategorija Aħbarijiet Stampat fil-MJA’s 2018

DHL Express, l-ikbar fornituri fid-dinja ta’ servizzi express internazzjonali, huma l-isponsors il-ġodda tal-kategorija Aħbarijiet Stampat fil-Malta Journalism Awards (MJA) 2018.

Meta kien qiegħed jippreżenta l-isponsor lill-organizzatur tal-MJA Roderick Agius, Charles Schiavone, Country Manager Malta ta’ DHL Express, ħabbar li l-infrastruttura ta’ On Demand Delivery permezz ta’ DHL Lock It Stations li jinsabu f’postijiet strateġiċi madwar Malta ser titkabbar iktar din is-sena.

 

DHL IGM MJA 2018 a

Charles Schiavone, Country Manager Malta, DHL Express (xellug), jippreżenta l-isponsor għall-kategorija Aħbarijiet Stampat tal-Malta Journalism Awards 2018 lill-organizzatur tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin Roderick Agius

“Dan is-servizz, li permezz tiegħu nilħqu d-domanda ta’ kunsinni internazzjonali ta’ kummerċ elettroniku, fejn il-biċċa l-kbira ta’ pakketti jiġu indirizzati lil indirizzi residenzjali u l-klijenti jagħmlu emfasi kbira fuq il-flessibiltà u l-konvenjenza, ġie aċċettat ħafna lokalment,” qal is-Sur Schiavone.

“S’issa għandna tminn Lock It Stations u bi ħsiebna ntellgħuhom sa 16 din is-sena.”

Is-Sur Agius irringrazzja lil DHL Express f’isem l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin għall-isponsor tagħhom u qal li l-Istitut jixtieq ikompli jibni fuq din ir-relazzjoni ma’ dan il-fornitur ewlieni ta’ servizzi fis-snin li ġejjin.

Il-finalisti fil-kategorija Aħbarijiet Stampat huma: Joe Mikallef għall-Mument/In-Nazzjon u Victor Vella għat-Torċa.

Advertisements