IĠM isellem il-memorja ta’ Charles Miceli

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jinsab maħsud bl-aħbar tal-mewtgħall-għarrieda  ta’ Charles Miceli, persuna attiva ħafna fil-qasam soċjali u ex ġurnalista tal-Union Print.

charles miceli

Għal numru twil ta’ snin Miceli ħadem fin-newsroom tal-Union Print u rrapporta mill-Qorti, mill-Parlament  kif ukoll numru ta’ avvenimenti nazzjonali importanti u xogħol ġurnalistiku ieħor li kien jagħmel bi professjonalita’ kbira.

Wara karriera ġurnalistika, Charles Miceli mpenja ruħu bis-sħiħ fil-qasam soċjali kemm fil-ħidma mal-Caritas kif ukoll fuq livell personali.  Hu għen diversi persuni li kienu għaddejjin minn problema ta’ drogi u riċentement kien ta’ vuċi b’saħħitha  lill-persuni vulnerabbli partikolarment dawk milquta mill-faqar jew li kienu fil-periklu tal-faqar.

Hu mexxa diversi kampanji favur nies vulnerabbli  u kien tarka qawwija għal dawk fil-bżonn.

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin isellem il-memorja ta’ Charles Miceli u jixtieq joffri s-solidarjeta tiegħu lis-Sinjura Pauline Miceli u l-familja kollha f’dan il-mument diffiċli.

Advertisements