Kundanna għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

STQARRIJA STAMPA – 16 TA’ OTTUBRU 2017

L-istitut tal-Ġurnalisti Maltin jikkundanna bil-qawwa kollha il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li nqatlet illum wara nofsinhar fi splużżżjoni ta’ bomba fil-karrozza li kienet qed tagħmel użu minnha.

Delitti bħal dawn huma dejjem kundabbli jiġru fuq min jiġru.  Imma għall-komunita’ tal-ġurnalisti lokali dan hu każ xokkanti u li jolqot direttament id-dritt tal-liberta’ tal-espressjoni.  Anke jekk mhux dejjem wieħed jaqbel ma’ dak li kitbet is-Sinjura Garuana Galizia,  bla dubju ta’ xejn hi, bħal kull ċittadin ieħor kellha dritt tesprimi ruħha u terfa’ r-responsabbilta’ għal dak li tikteb.

L-istitut tal-Ġurnalisti Maltin filwaqt li jesprimi solidarjeta’ sħiħa mal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia, jappella lill-Pulizija biex tagħmel dak kollu possibbli biex jinstabu l-ħatja ta’ dan id-delitt gravi biex jieħdu dak li ħaqqhom skont il-liġi.

Dan hu jum ikrah għad-demokrazija fil-pajjiż li għandu jsib il-kundanna ta’ kulħadd.

L-IGM, f’dan il-mument drammatika, jafferma d-determinazzjoni ta’ kull ġurnalist li hu denju ta’ ismu, li ma jħallix din it-traġedja taqtagħlu qalbu milli jkompli jaqdi d-dmir tiegħu lejn is-soċjeta’ u jkompli jirrapporta bla biża’ jew favuri dak kollu li hu fl-interess pubbliku u ta’ interess għas-soċjeta’.

L-atti kodardi bħalma huma t-tqegħid ta’ bombi u delitti oħra ma għandhomx post f’pajjiż demokratiku u l-forzi tal-ordni għandhom id-dmir u l-obbligu li jagħmlu dak kollu possibbli biex jinstabu l-ħatja ta’ dan id-delitt ikrah.

Advertisements