Karl Wright jirrżenja minn Chairman tal-IĠM … Norma Saliba tassumi r-responsabbilita

ADDRESS KARL WRIGHT

Matul il-laqgħa tal-Kumitat tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin li saret nhar it-Tnejn, 11 ta’ Settembru, 2017, iċ-Chairman Karl Wright ħabbar li kien qiegħed jirriżenja b’seħħ immedjat mill-kariga u minn membru tal-Kunsill tal-IĠM minħabba xogħol ġdid fil-karriera tiegħu.

Il-membri tal-Kunsill tal-IĠM laqgħu din ir-riżenja b’mod unanimu hekk kif kien spjegat lilhom li x-xogħol li se jkun qiegħed isegwi m’għandux rabta mal-ġurnaliżmu u mal-midja.

Karl Wright irringrazzja lill-membri tal-Kunsill għar-rispett u l-koperazzjoni ta’ kulħadd li waslu biex il-Kunsill u l-Istitut saħħew il-ħidma li saret tul l-aħħar snin.

Min-naħa tagħhom, il-membri tal-Kunsill urew apprezzament għall-kontribut ma jaqta’ xejn li ta Karl Wright, u li dejjem kien ta’ xprun biex il-Kunsill jibqa’ impenjat ħalli jsaħħaħ il-professjoni ġurnalistika f’Malta fosthom il-kors fil-livell ta’ Baċellarat fil-Ġurnaliżmu b’kollaborazzjoni mal-MCAST u l-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnaliżmu u l-emendi għall-Abbozz ta’ Liġi dwar id-Defamazzjoni u l-Libell Kriminali tul il-leġiżlatura li għaddiet.

 

Fin-nuqqas ta’ Chairman sakemm issir l-elezzjoni li jmiss għall-ħatra ta’ Chairman u l-membri l-ġodda tal-Kunsill, li hija skedata għal Jannar li ġej, Norma Saliba li bħalissa tokkupa l-kariga ta’ Viċi-Chairperson se tassumi wkoll ir-responsabbiltajiet li kienu f’idejn iċ-Chairman.

21463023_10156639242576562_5424773179690260111_n

Advertisements