Kundanna għall-aggressjoni kontra impjegati tal-Union Press

STQARRIJA STAMPA : 30 TA’ LULJU 2017

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jikkundanna bil-qawwa kollha l-aggressjoni li ntużat kontra ġurnalist u fotografu tal-Union Press waqt il-qadi ta’ dmirijiethom f’Bġgibba.
L-IGM qiegħed jappella lill-awtoritajiet konċernati biex jieħdu l-passi kollha neċessarji skont il-liġi kontra dawk kollha involuti f’dan l-att vjolenti li jimmina x-xogħol ta’ membri tal-midja lokali.
Filwaqt li l-IGM juri solidarjeta maż-żewg impjegati tal-Union Press li sfaw fil-mira ta’ dan l-attakk, iħeġġeġ lill-membri kollha tal-midja lokali biex jirrapportaw għand l-IGM u l-awtoritajiet konċernati kull każ ta’ theddid jew kull tip ta’ vjolenza kontrihom.
Advertisements