IL-KUMMISSJONI GĦAD-DRITTIJIET TAL-PERSUNI B’DIŻABILITA’ B’APPOĠĠ GĦALL-IĠM AWARDS

STQARRIJA STAMPA : 21 TA’ APRIL 2017

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita’ għat-tieni sena konsekuttiva qed tappoġġja lill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin bil-parteċipazzjoni tagħha fis-27 edizzjoni tal-IGM awards.
Il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita’ qed tisponsorja il-kategorija dwar Rappurtaġġ Pożittiv u Etiku dwar id-Diżabilita’. Fl-edizzjoni ta’ din is-sena, għal din il-kategorija kien  hemm sottomissjonijiet minn ġurnalisti li jaħdmu fil-ġurnaliżmu stampat u mxandar, u minn fosthom ġew magħżula tliet finalisti wara proċess ta’ analiżi tas-sottomissjonijiet li sar minn ġurija magħmula mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita’.
IMG_7278_pe.jpg

Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita’ s-Sur Oliver Scicluna jippreżenta l-isponsorship lis-Sur Mario Schiavone, Teżorier tal-IĠM

 

Ir-rebbieħ minn fost it-tliet finalisti se jitħabbar fis-serata finali tal-IGM Awards li se ssir nhar is-Sibt 6 ta’ Mejju 2017 fil-Lukanda The Palace f’Tas-Sliema.
Advertisements