Ħadd m’għandu jiġi aggredit għax jagħmel xogħlu

STQARRIJA STAMPA : 21 TA’ APRIL 2017

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) jikkundanna bla ebda riserva l-mod kif ġie aggredit ġurnalist li ftit tal-ħin ilu kien qed jipprova jieħu kummenti tal-Ministru Konrad Mizzi.

Il-ġurnalist, kif jixhdu l-filmati onlajn, kien aggredit minn persuna li kien qiegħed jakkumpanja lill-Ministru lejn il-karrozza ministerjali.

L-IĠM jiddikjara li meta l-ġurnalist jistaqsi jkun biss qed jagħmel xogħlu. Id-drittijiet tal-ġurnalisti qatt u qatt m’għandhom ikunu mittiefsa u mhedda, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi.

L-IGM innota l-istqarrija tal-Ministru Konrad Mizzi fejn intalbet azzjoni dixxiplinari kontra min agredixxa lill-ġurnalist fl-inċident iktar kmieni. L-istqarrija ministerjali ttenni bl-eżempju, l-appell tal-IĠM biex il-ġurnalist jitħalla jagħmel xogħlu. L-Istitut jestendi u jġedded l-istess appell lill-politiċi kollha.

Advertisements