Il-BRITTANIA SERVICES LIMITED TAPPOĠĠJA MILL-ĠDID L-IĠM AWARDS

STQARRIJA STAMPA : 18 TA’ APRIL 2017

Il-kumpanija Brittania Services Limited qed tissokta bl-appoġġ tagħha lill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin. Għal sena oħra, il-kumpanija qiegħda tisponsorja l-kategorija tal-Ġurnaliżmu Barra Minn Malta li f’kull edizzjoni tqanqal parteċipazzjoni qawwija fost il-ġurnalisti, fotografi u cameramen.

Din is-sena l-finalisti f’din il-kategorija huma Ruth Castillo, Keith Demicoli u Antonia Micallef; ilkoll f’isem il-Public Broadcasting Services.

Is-Sur Noel Farrugia, Direttur tal-Brittania Services qal li l-kumpanija tħossha onorata li qiegħda taħdem mill-qrib mal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin u minn dejjem ħadmet biex tinkoraġġixxi ġurnalisti u oħrajn involuti f’din il-professjoni biex jimirħu ‘l hinn minn Malta fil-ħidma ġurnalistika tagħhom.
PIX 1 BRITTANIA TOURS

Is-Sur Noel Farrugia, Direttur tal-Brittania Services waqt il-prezentazzjoni tal-isponsorship lil Roderick Agius, l-organizzatur tal-IGM Awards u Segretarju Informazzjoni tal-IGM

 

L-IĠM għaddej bl-aħħar tħejjijiet għas-serata finali tas-27 edizzjoni tal-IGM Awards li se jsiru nhar is-Sibt, 6 ta’ Mejju 2017 fil-Lukanda The Palace.
Advertisements