L-IĠM ISELLEM IL-MEMORJA TAS-SUR J.G. VASSALLO

STQARRIJA STAMPA :  18′ FRAR 2017

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin isellem il-memorja tas-Sur J.G. Vassallo li l-mewt tiegħu tħabbret illum.

jg-vassallo

J.G. Vassallo għamel karriera twila fil-qasam tal-ġurnaliżmu fejn għal numru ta’ snin kien kontributur regolari f’numru ta’ gazzetti Maltin kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti. Huwa kien ukoll editur tal-Commercial Courier, l-organu ufficjali tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Intrapriżi Żgħar.

Għal numru ta’ snin hu kien ukoll membru tal-Kunsill tal-Malta Press Club li llum hu l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin.

F’isem il-ġurnalisti Maltin kollha nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familja Vassallo.

Advertisements