L-IĠM IFAKKAR IL-MEMORJA TA’ LINO BUGEJA

STQARRIJA STAMPA : 10 TA’ JANNAR 2017

 

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin isellem il-memorja ta’ Lino Bugeja hekk kif illum tħabbret il-mewt tiegħu fl-età ta’ 86 sena.

lino

Tul il-karriera tiegħu, Lino Bugeja spikka fis-servizz u l-kontribut qawwi li ta lill-professjoni tal-ġurnaliżmu partikolarment bil-kitbiet analitiċi tiegħu fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-kultura, l-isports u l-ħarsien tal-ambjent.

L-IĠM jirrikonoxxi wkoll is-sehem ta’ kull sena ta’ Lino Bugeja fl-IĠM Awards fejn saħansitra fl-aħħar edizzjoni li saret is-sena li għaddiet hu ngħata l-premju fil-kategorija tal-Ġurnaliżmu Kulturali fil-midja stampata.

KATEGORIJA GURNALIZMU KULTURALI STAMPAT - AWTORITA MALTIJA TAT-TURIZMU

LINO BUGEJA JIRĊIEVI L-PREMJU FL-IĠM AWARDS 2016 FIL-KATEGORIJA GURNALIZMU KULTURALI STAMPAT

Il-ħidma ta’ Lino Bugeja kienet saħansitra rikonoxxuta mir-Repubblika ta’ Malta meta fl-2013 ingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.

Lino Bugeja ppubblika wkoll għadd ta’ kotba u artikli mistħarrġa għall-pubblikazzjonijiet internazzjonali. Sa dan l-aħħar żmien, Lino Bugeja kien għadu jikkontribwixxi permezz ta’ kitbiet ta’ artikli f’ġurnali lokali.

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jagħti l-kondoljanzi lill-qraba ta’ Lino Bugeja f’dan il-mument diffiċli.

 

Advertisements