L-IĠM iniedi s-27 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards

STQARRIJA STAMPA : 3 TA’ JANNAR 2017

20170103_093445

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) nieda s-27 edizzjoni tal-kompetizzjoni annwali għall-ġurnalisti magħrufa bħala l-Malta Journalism Awards fejn hemm 19-il kategorija. Apparti mill-ġurnalisti nfushom, anki l-Edituri u l-Kapijiet tal-Kamra tal-Aħbarijiet jistgħu jagħżlu u jissottomettu xogħol ta’ ġurnalisti li jidhrilhom li hu ta’ livell għoli għal dawn l-Awards. Is-sottomissjonijiet jistgħu jintbagħtu wkoll minn organizzazzjonijiet, korporazzjonijiet jew għaqdiet.

Fil-kazi kollha jrid ikun hemm il-kunsens tal-ġurnalist billi timtela’ l-parti konċernata fil-Formola tal-Applikazzjoni qabel tintbagħat is-sottomissjoni mill-Editur, Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet jew organizzazzjoni, korporazzjoni jew għaqda.

Iċ-Chairman tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) Karl Wright qal:”Għal sena oħra l-IĠM qed jimpeja ruħu biex minkejja ħidmet il-ġurnalisti tkun apprezzata grazzi għas-serata tal-unuri. Bi pjaċir u għal sena oħra, qed nilqgħu kollaboraturi ġodda li qed jisponsorjaw tliet kategoriji – lil AX Holdings li qed jisponsorjaw l-Opinjoni, lill-Malta Public Transport li qed jisponsorjaw il-kategorija ġdida ta’ stejjer umani u lill-Valletta 2018 b’żewġ unuri relatati mal-ħidma tal-V18″.

Is-Sur Wright kompla li “hemm sinerġija sabiħa bejn ix-xogħlijiet tal-ġurnalisti u l-ħidma tal-Istitut, speċjalment wara l-Konferenza Nazzjonali tal-Etika li saret f’Diċembru li għadda”.

Id-19-il kategorija huma:

Kategoriji ta’ Ġurnaliżmu Stampat:

  • Ġurnaliżmu Stampat
  • Ġurnaliżmu Fotografiku – sponsorjata minn The Farsons Foundation

 Kategorija ta’ Ġurnaliżmu Stampat/Imxandar:

  • Ġurnaliżmu Investigattiv Stejjer Umani – sponsorjata mill-Malta Public Transport

Kategoriji ta’ Ġurnaliżmu Mxandar:

  • Ġurnaliżmu Mxandar – Skript Televiżiv Aħbarijiet – sponsorjata mill-Awtoritá tax-Xandir
  • Ġurnaliżmu Mxandar – Skript Televiżiv Features – sponsorjata mill-Awtoritá tax-Xandir
  • Ġurnaliżmu Mxandar – Filmat – sponsorjata mill-Awtoritá tax-Xandir
  • Ġurnaliżmu Mxandar – Radju – sponsorjata mill-Awtoritá tax-Xandir

E-kategorija:

  • Ġurnaliżmu Elettroniku – sponsorjata minn SmartCity Malta

 Kategoriji Oħra:

  • Ħidma Ġurnalistika barra minn Malta (Travel Journalism) – sponsorjata minn Brittania Tours
  • Ġurnaliżmu Sportiv – Stampat – sponsorjata minn Calamatta Cuschieri
  • Ġurnaliżmu Sportiv – Imxandar – sponsorjata mill-Fond għall-Kawżi Ġusti
  • Fotografija Sports – sponsorjata mill-Malta Gaming Authority
  • Ġurnaliżmu Kulturali – sponsorjata mill-Awtorità Maltija tat-Turizmu
  • Ġurnaliżmu Ambjentali – sponsorjata mill-Green Pak Coop Society
  • Artikli ta’ Opinjoni – AX Holdings Limited
  • Premju ta’ Rikonoxximent għal rappurtaġġ etiku u pożittiv fil-qasam tad-diżabilità – sponsorjat mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità, KNPD
  • Il-Lingwa Maltija fil-Ġurnalżmu – sponsorjata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti

Kategorija Speċjali:

  • Premju li jirrikonoxxi r-rappurtaġġ ġurnalistiku stampat marbut max-xogħol tal-Fondazzjoni Valletta 2018 b’risq il-belt kapitali
  • Premju li jirrikonoxxi r-rappurtaġġ ġurnalistiku mnxandar marbut max-xogħol tal-Fondazzjoni Valletta 2018 b’risq il-belt kapitali

Iż-żewġ awards se jirrikonoxxu x-xogħol ġurnalistiku li jkun kopra l-ħidma u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni Valletta 2018 mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru tal-2016.

Award minnhom se jingħata għall-fotografija kumplimentata bi skript miktub.

L-award l-ieħor se jingħata għall-ġurnaliżmu mxandar fejn qed ikun mitlub ukoll li jiġi preżentat skript li jkun jikkumplimenta x-xogħol ġurnalistiku mxandar.

Il-ġurija se tkun magħmula minn rappreżentant maħtur mill-Fondazzjoni Valletta 2018 flimkien mat-tliet membri tal-ġurija li jinħatru biex jevalwaw is-sottomissjonijiet li jipparteċipaw fl-edizzjoni annwali tal-Malta Journalism Awards.

Gold Award:

Din is-sena l-Edizzjoni tal-Gold Award se tkun sponsorjata għal darb’ oħra bl-appoġġ tal-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnaliżmu.

Linji Gwida:

Fuq parir tal-ġurija ta’ edizzjonijiet preċedenti, l-Istitut jixtieq li l-ġurnalisti josservaw il-punti li ġejjin qabel ma jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom:

  1. fil-kategorija ‘Ħidma Ġurnalistika barra minn Malta” (Overseas Assignments) għandu jkun sottomess biss xogħol li ġurnalist ikun għamel barra minn Malta;
  2. kull sottomissjoni fil-kategoriji Ġurnaliżmu Mxandar Skript Televiżiv u Ġurnaliżmu Mxandar – bir-Radju għandu jkollha wkoll l-iskript rispettiv;
  3. l-istess xogħol ġurnalistiku/sensiela ma tistax tkun sottomessa f’aktar minn kategorija waħda;
  4. d) il-ġurnalisti għandhom jippreżentaw ix-xogħol tagħhom b’mod preżentabbli; u
  5. e) meta jagħżlu l-aħjar xogħol għas-sottomissjoni, il-ġurnalisti għandhom jagħżlu

dejjem xogħol li juri etika ġurnalistika u li ma jkunx ibbażat fuq sensazzjonaliżmu.

 Premjijiet

L-ewwel tliet finalisti f’kull kategorija jirċievu ċertifikat. Kull rebbieħ tal-ewwel 16-il kategorija jingħata:

  1. a) rigal ta’ €200 fi flus;
  2. b) ċertifikat; u

ċ) t-trofew tal-kategorija rispettiva.

Ir-rebbieħ tal-kategorija speċjali bl-isem ‘Il-Lingwa Nazzjonali fil-Ġurnaliżmu’ jingħata t-trofew tal-Malta Journalism Awards għal dik il-kategorija partikolari.

Il-Finalisti

Dawn se jitħabbru f’serata li mistennija ssir, it-Tnejn 27 ta’ Marzu 2017.

Ċerimonja tal-Preżentazzjoni

Ir-rebbieħa jitħabbru waqt ċerimonja tal-preżentazzjoni li mistennija ssir fis-6 ta’ Mejju 2017 li mistennija ssir fil-Lukanda The Palace, Tas-Sliema.

Miftuħa għal kulħadd

Kull ġurnalist Malti jista’ jieħu sehem fil-Malta Journalism Awards, irrispettivament jekk hux membru tal-IĠM jew le. Ix-xogħlijiet sottomessi kollha jkunu ġew ippubblikati jew imxandra bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Diċembru 2016.

Data tal-Għeluq

Is-sottomissjonijiet se jintlaqgħu nhar it-Tnejn, 6 ta’ Frar 2017 fl-Uffiċċju tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, 280/3, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, bejn id-9am u 12pm. Dawk li mhumiex membri tal-IĠM u se jipparteċipaw huma mitluba jħallsu l-miżata tal-parteċipazzjoni.

Regolamenti u applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mingħand Roderick Agius fuq 99471549 inkella mill-websajt: www.igm.org.mt.

application-awards-27th-edition-final

regulations-awards-27th-edition-final

 

Advertisements