L-IĠM ISELLEM IL-MEMORJA TA’ LINO ARRIGO AZZOPARDI

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin isellem il-memorja tal-kollega u fotografu Lino Arrigo Azzopardi hekk kif dalgħodu sar magħruf li ħalla din id-dinja. 
lino
Għalkemm Lino Arrigo Azzopardi m’għadux magħna, huwa jibqa’ xempju tal-professjonalità fil-qasam tal-ġurnaliżmu fotografiku – professjoni li ħabb, għożż u mexxa ‘l quddiem, tant li kien u jibqa’ ispirazzjoni għal dawk kollha li jaħdmu fil-professjoni ġurnalistika.
 
Kull min kien jaf jew ħadem ma’ Lino Arrigo Azzopardi, żgur li se jġorr memorja sabiħa minħabba li minn fommu dejjem tlissen kliem ta’ inkorraġġiment, fejn it-tbissima qatt ma kienet tonqos, anki meta għadda minn mumenti diffiċli tul il-karriera professjonali tiegħu.
Advertisements