Konferenza Nazzjonali dwar l-Etika fil-Ġurnaliżmu – 19 ta’ Diċembru 2016

STQARRIJA STAMPA : 15 ta’ Novembru 201

pr162544a

Iċ-Chairman tal-IĠM Karl Wright u l-Ispeaker tal-Parlament Dr Anglu Farrugia jħabbru l-Konferenza Nazzjonali dwar l-etika fil-ġurnaliżmu

 

Fid-19 ta’ Diċembru ser tittella’ Konferenza Nazzjonali dwar l-etika fil-ġurnaliżmu f’pajjiżna fil-Parlament. Din il-Konferenza hija organizzata mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) u l-Uffiċju tal-Ispeaker.

Għal din il-konferenza mhux biss se jkunu mistiedna l-edituri u l-ġurnalisti, iżda hija miftuħa ukoll għall-pubbliku. L-għan ewlieni ta’ din il-konferenza huwa li jiġi diskuss l-abbozz revedut ta’ kodiċi ta’ etika ġurnalistika.

Dalgħodu, iċ-Chairman tal-IĠM, Karl Wright, flimkien mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet biex iħabbru dettalji dwar il-konferenza.

Iċ-Chairman tal-IĠM, Karl Wright qal li sakemm nifhmu li l-kmamar tal-aħbarijiet/mediahouses għandhom kodiċi tagħhom, inħeġġuhom janalizzaw u jikkumparaw u jagħtu feedback għall-Kodiċi propost bil-għan li kulħadd iħoss li jkollu Kodiċi li jappartjeni għalih.

Żied jgħid li l-ġurnalist, bix-xogħol tiegħu, jagħti servizz lill-pubbliku u lis-soċjetà. Qal li qed inkunu proattivi b’inizjattiva bħal din għax qed nixprunaw diskussjoni. Din il-Konferenza hi biss il-bidu.

 

… qed inkunu proattivi b’inizjattiva bħal din għax qed nixprunaw diskussjoni. Din il-Konferenza hi biss il-bidu

Filwaqt li stieden lil kulħadd biex jgħaddi s-suġġerimenti tiegħu, iċ-Chairman tal-Istitut tal-Ġurnalisti qal li l-proposti li hemm f’dan l-abbozz rivedut huma riżultat tal-ilmenti li jaslu għand l-IĠM.

pr162544c

pr162544b

Min-naħa tiegħu, l-Ispeaker, Anġlu Farrugia tenna li l-għan ewlieni ta’ din il-Konferenza Nazzjonali, hu li tiġbor dawk kollha involuti fil-professjoni tal-ġurnaliżmu, jiġifieri ġurnalisti, edituri ta’ kmamar tal-aħbarijiet, akkademiċi u esperti, sabiex jiddiskutu Kodiċi tal-Etika għall-ġurnalisti Maltin.

L-Ispeaker qal li  filwaqt li d-dritt fundamentali tal-individwu tal-assoċjazzjoni u l-espressjoni ħielsa għandu jkun imħares, il-ġurnalisti għandhom id-dover li jwasslu lill-pubbliku l-informazzjoni bbażżata fuq il-verità, u dan għandhom jagħmluh bl-akbar responsabbiltà.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia tenna li għaldaqstant il-qofol ta’ din il-Konferenza Nazzjonali se tkun “stepping stone” fid-direzzjoni t-tajba għax huwa permezz tal-ġurnaliżmu li wieħed jista’ jwassal l-importanza tal-kredibbilità u l-korrettezza. Għalhekk din il-Konferenza se tkun ta’ ċertu mportanza. Huwa rrifera wkoll għal żvilupp importanti kemm kostituzzjonali kif ukoll ta’ interess parlamentari meta semma l-ħatra li għandha ssir mill-Parlament dwar il-Kummissarju tal-Public Standards.

il-qofol ta’ din il-Konferenza Nazzjonali se tkun “stepping stone” fid-direzzjoni t-tajba għax huwa permezz tal-ġurnaliżmu li wieħed jista’ jwassal l-importanza tal-kredibbilità u l-korrettezza

Min irid jagħti feedback għall-Kodiċi u/jew jikkonferma l-preżenza tiegħu jibgħat email fuq igm.mediamalta@gmail.com

Il-Konferenza Nazzjonali dwar l-Etika fil-Ġurnaliżmu ser issir nhar it-Tnejn, 19 ta’ Diċembru 2016 fil-Parlament ta’ Malta bejn id-9:30am u 12:30pm.

(Anness il-kopja tal-abbozz tal-kodiċi ta’ etika rivedut)

kodici-etika-igm

Advertisements