L-IĠM sodisfatt bis-sentenza kontra ex-ġurnalista

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) jinnota b’sodisfazzjon is-sentenza riċenti tal-Qorti Kostituzzjonali li permezz tagħha l-ex ġurnalista Joe Caleja li kien weħel il-ħabs għax kien instab ħati f’libell kriminali, ingħata kumpens wara li l-Qorti qieset li sentenza ta’ ħabs kisret id-drittijiet fundamentali tiegħu.

B’mod partikolari l-Istitut jinnota li anke l-Qorti Kostituzzjonali enfasizzat il-bżonn li kemm jista’ jkun malajr jitneħħa l-libellkriminali minn fuq il-kotba tal-liġijiet Maltin, ħaġa li l-IĠM ilu jisħaq ħafna fuqha.

Għalhekk l-IĠM itenni mill-ġdid l-appell tiegħu biex issa, li fil-Parlament għadda l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali, li jinkludi l-proposta tat-tneħħija tal-libell kriminali, u li dwaru hemm qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra, ikun approvat mill-aktar fis possibbli.Ħ

Advertisements