L-IĠM jieħu nota tad-digriet tal-Imħallef Edwina Grima

STQARRIJA STAMPA : 7 ta’ Novembru, 2016

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, IĠM, jieħu nota tad-digriet tal-Qorti maħruġ iktar kmieni dalgħodu u li fuq ordni tal-Imħallef Edwina Grima, kopja tiegħu ntbagħtet lill-Istitut.

L-IĠM jagħmel dan waqt li jfakkar li għandu Kodiċi tal-Etika li jiggwida lill-ġurnalist f’ħidmietu, minbarra li fi ħdanu għandu l-Kummissjoni għall-Etika    fil-Ġurnaliżmu li b’mod indipendenti, tinvestiga lmenti li jaslu quddiemha minn min iħoss li fil-konfront tiegħu kien hemm ksur ta’ etika ġurnalistika.

L-IĠM jiddefendi d-dritt tal-ġurnalist li jirraporta informazzjoni korretta li tkun verifikata u li jkollha valur tal-aħbar.

Mingħajr ma jidħol fil-merti tal-każ tal-ġuri in kwistjoni, l-IĠM jiddefendi d-dritt tal-ġurnalist li jirraporta informazzjoni korretta li tkun verifikata u li jkollha valur tal-aħbar.

Advertisements