L-IĠM jifraħ lil Dr Joanna Spiteri

 
Dr Joanna Spiteri

Kap Eżekuttiv

L-Awtorità tax-Xandir

7, Triq Mile End

Il-Ħamrun

Għażiża Dr Spiteri,

Qed niktikblek sabiex f’isem l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin nifraħlek għall-kariga l-ġdida tiegħek fl-Awtorità tax-Xandir.

Il-ħidma tiegħek fil-qasam tax-xandir tul is-snin kienet impekkabbli, u bla dubju li l-esperjenza u l-istudji tiegħek f’dan il-qasam għandhom jgħinuk u jispirawk fil-qadi tad-dmirijiet il-ġodda.  Din hi kariga li tistħoqqlok. Konvint li għandek il-ħiliet meħtieġa biex tidħol għal dawn ir-responsabbiltajiet il-ġodda u li taqdihom bl-aħjar mod.

Bħala Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ninsabu disposti li fix-xhur u s-snin li ġejjin inkomplu nsaħħu r-relazzjoni li bnejna tul is-snin mal-Awtorità tax-Xandir.

F’dan is-sens qed nipproponi li ċ-Chairman tal-IĠM, is-Sur Karl Wright, jiltaqa’ miegħek f’data u ħin li jkunu tajbin għalik.

Sadanittant, mill-ġdid nifraħlek u nawguralek kull suċċess.

Inselli għalik.

Mario Xuereb
Secretary General
Institute of Maltese Journalists (IĠM)

joanna_spiteri

 

Advertisements