Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin

Nixtieq ninfurmakhom li l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin se ssir nhar it-Tnejn 6 ta’ Ġunju, fis-7.15pm fl-uffiċċju tal-Istitut (Kamra nr. 120), 280, fi Triq ir-Repubblika, Valletta.

Jekk tixtiequ tinnominaw lil xi membru biex iservi fuq il-Kunsill għandkom tibagħtu n-nomini tagħkom fuq il-formula (ikklikkja hawn biex tniżżilha) b’email fuq igm.mediamalta@gmail.com jew bil-posta fuq l-indirizz Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, Kamra nr. 120, 280, Triq ir-Repubblika, Valletta. VLT1112 sa mhux aktar tard min-nhar il-Gimgha 3 ta’ Gunju 2016.

Skont kif jitlob l-Istatut, jekk sa nofs siegħa wara l-ħin tal-bidu tal-laqgħa, ma jkunx hemm kworum, il-laqgħa tibda bin-numru ta’ membri preżenti.

Karl Wright

Chairperson

 

Advertisements