Malta Journalism Awards: Jitħabbru r-rebbieħa tas-26 edizzjoni

Jonh Pisani, rebbieħ tal-Gold Award, jirċievi l-premju minngħand il-President Emeritus Dr Ugo Mifsud Bonnici (lemin).

Jonh Pisani, rebbieħ tal-Gold Award, jirċievi l-premju minngħand il-President Emeritus Dr Ugo Mifsud Bonnici (lemin).

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ilbieraħ filgħaxija ħabbar il-ġurnalisti rebbieħa tal-26 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards f’ċerimonja li saret fil-Lukanda The Palace, Tas-Sliema fejn matulha jkunu ppremjati dawk li jaħdmu fil-ġurnaliżmu.

Għas-serata attenda l-Onor. Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Dr. Anġlu Farrugia, u dawk preżenti kienu indirizzati mill-Onor. Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, is-Sur Evarist Bartolo fl-okkażjoni tat-tnedija tal-Kors fil-Ġurnaliżmu fil-Livell ta’ Baċellerat li se jsir mill-Kunsill Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija minn Ottubru li ġej b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnaliżmu u b’appoġġ tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin.

Fl-istess ċerimonja, ġurija indipendenti ippreseduta mill-President Emeritus Dr George Abela bħala Chairman, flimkien mas-Sur Malcolm J. Naudi u s-Sur Mario Saliba ħabbret lis-Sur John Pisani, bħala r-rebbieħ tal-Gold Award.

Il-President Emeritus Dr Ugo Mifsud Bonnici, Chairman tal-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnaliżmu, ippreżenta l-Gold Award lis-Sur Pisani. Dan l-unur jingħata lil persuna nnominata li skond il-Ġurija tkun marret lil hinn minn rekwiżiti ta’ prattika normali fil-ġurnaliżmu.

Ġurija indipendenti oħra kienet maħtura mill-IĠM biex tevalwa s-sottomissjonijiet għall-Malta Journalism Awards. Din kienet magħmulha mis-Sur Joe A. Vella bħala Chairman u mis-sinjuri George Cini u John Inguanez. Dawn kienu r-rebbieħa kollha:

 

It-trofej li ngħataw lir-rebbieħa.

It-trofej li ngħataw lir-rebbieħa.

Ġurnaliżmu Stampat – Aħbarijiet – sponsorjata mill-HSBC Bank Malta p.l.c.
(Trofew ippreżentat minn Tonio Mallia, Senior Marketing Manager)

Caroline Muscat (The Sunday Times of Malta)

Victor Vella – Runner-up (l-orizzont/It-Torċa)

Joe Mikallef – Runner-up (il-mument/In-Nazzjon)

 

 

Ġurnaliżmu Fotografiku – sponsorjata minn The Farsons Foundation
(Trofew ippreżentat minn Bryan A. Gera, Chairman)

Roberto Runza (il-mument/In-Nazzjon)

Darrin Zammit Lupi – Runner-up (The Times of Malta/Reuters/Newsweek/Financial Times Photo Diary)

Mark  Zammit Cordina – Runner-up (The Times of Malta/The Sunday Times of Malta)

 

Ġurnaliżmu Mxandar – Skript Televiżiv – Aħbarijiet
– sponsorjata mill-Awtorità tax-Xandir
(Trofew ippreżentat minn Tanya Borg Cardona, Chairperson)

Keith Demicoli (PBS)

Nigel Mifsud – Runner-up (PBS)

NET News – Runner-up

 

Ġurnaliżmu Mxandar – Skript Televiżiv – Features
– sponsorjata mill-Awtorità tax-Xandir
(Trofew ippreżentat minn Tanya Borg Cardona, Chairperson)

Mario Xuereb – TVM

Xarabank – Runner-up (TVM)

Ruth Castillo – Runner-up (TVM)

 


Ġurnaliżmu Mxandar – Filmat Televiżiv

– sponsorjata mill-Awtorità tax-Xandir
(Trofew ippreżentat minn Pierre Cassar, Kap Eżekuttiv Awtorità tax-Xandir)

PBS Newsroom

Xarabank – Runner-up (TVM)

Jan Mifsud – Runner-up (TVM)

 

 

Ġurnaliżmu Mxandar – Radju
– sponsorjata mill-Awtorità tax-Xandir
(Trofew ippreżentat minn Pierre Cassar, Kap Eżekuttiv Awtorità tax-Xandir)

Mario Xuereb (Radju Malta)

Andrew Azzopardi – Runner Up (Radju Malta)

David Bonello – Runner-Up (Radju Malta)

George Cremona – Runner-Up (RTK)

 

Ġurnaliżmu Kulturali Stampat– sponsorjata mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu
(Trofew ippreżentat minn Paul Bugeja, Kap Eżekuttiv)

Lino Bugeja (The Sunday Times of Malta)

Veronica Stivala – Runner Up (The Sunday Times)

Noel D’Anastas – Runner Up (il-mument)

Victor Vella – Runner Up (l-orizzont/It-Torċa)

 

Ġurnaliżmu Kulturali Mxandar– sponsorjata mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu
(Trofew ippreżentat minn Paul Bugeja, Kap Eżekuttiv)

CVC Media (TVM)

Graziella Ellul – Runner-up (TVM)

Ruth Amaira – Runner-up (TVM)

 

Ġurnaliżmu dwar l-Ivvjaġġar – sponsorjata minn Brittania Services Limited

(Trofew ippreżentat minn Noel Farrugia, Direttur Maniġerjali)

Roberto Runza/Frank Psaila/Robert Cremona (il-mument)
Xarabank – Runner-up (TVM)

Keith Demicoli – Runner-up (TVM)

CVC Media – Runner-up (TVM)

 

Ġurnaliżmu Imxandar Sports – Kategorija sponsorjata mill-Fond għall-Kawżi Ġusti

(Trofew ippreżentat mis-Sur Emanuel Cachia, Rappreżentant tal-Fond għall-Kawżi Ġusti)

Christian Micallef (NET TV)

Nigel Mifsud – Runner-up (TVM)

Rodney Vassallo – Runner-up (TVM)

 

 

 

Ġurnaliżmu Stampat Sports – sponsorjata minn Calamatta Cuschieri Limited

(trofew ippreżentat minn Gabriella Calamatta, Direttur Riżorsi Umani)

Kevin Azzopardi (The Sunday Times of Malta)

Lino Bugeja – Runner-up (The Sunday Times of Malta)

 

 

Ġurnaliżmu Fotografiku Sports – sponsorjata mill-Malta Gaming Authority

(Trofrew preżentat minn Helga Pizzuto, Chief Officer Business and Programme Developer tal-Malta Gaming Authority)

Paul Zammit Cutajar (The Times of Malta/Professional Image Maker)

Mark Zammit Cordina – Runner-up (The Times of Malta

Domenic Aquilina – Runner Up (The Malta Independent/Professional Imagemaker)

 


Ġurnaliżmu Elettroniku (e-Journalism) – sponsorjata minn SmartCity Malta
(Trofew ippreżentat minn Gordon Cachia, Head Business Development)

Martha Carabott/Graziella Ellul (newsbook.com.mt)

Catherine Aquilina – Runner-up (newsbook.com.mt)

Nigel Mifsud – Runner-up (tvm.com.mt)

 

Artikli ta’ Opinjoni  

(Trofew ippreżentat minn Mario Schiavone, Teżorier tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin)

Kristina Chetcuti (The Sunday Times of Malta)

Andrew Azzopardi – Runner-Up (The Malta Independent)

Lino Bugeja– Runner Up (The Sunday Times)

 

 

Ġurnaliżmu Ambjentali – sponsorjat mill-Kumpanija Green Pak Co-op Society Limited

(Trofew ippreżentata minn Denise Brincat, Senior Manager )

Caroline Muscat (The Sunday Times of Malta)

Alan Deidun – Runner-up (The Sunday Times of Malta)

Keith Demicoli – Runner Up (TVM)

 

Ġurnaliżmu Etiku u Pożittiv dwar il-Persuni B’Diżabilita – sponsorjata mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni B’Diżabilita

(Trofew ippreżentat minn Oliver Scicluna, Chairman KNDP)

Veronica Stivala (The Sunday Times)

Norma Saliba – Runner-up (TVM)

Yendrick Cioffi/George Gremona – Runners-up (newsbook.com.mt)

 

 

L-Ilsien Nazzjonali fil-Ġurnaliżmu Stampat– Kategorija Speċjali
(Trofew ippreżentat minn Leanne Ellul, Membru tal-Bord ta’ Evalwazzjoni maħtur mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti)

Melvic Zammit (Union Print)

 

 

L-Ilsien Nazzjonali fil-Ġurnaliżmu Mxandar– Kategorija Speċjali
(Trofew ippreżentat minn Rita Saliba, Membru tal-Bord ta’ Evalwazzjoni maħtur mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti)

Graziella Ellul (TVM)


Il-Ġurija ħejjiet ukoll rapport dwar is-sottomissjonijiet u l-livell ġurnalistiku tagħhom, li ġie ppubblikat fil-fuljett tas-serata.

Advertisements