Numru rekord ta’ sottomissjonijiet fil-kategorija tal-ġurnaliżmu elettroniku sponsorjata minn SmartCity Malta

 

Mix-xellug: Nigel Mifsud (PBS), Graziella Ellul (newsbook.com.mt), Charles Camenzuli, Membru tal-Kunsill tal-IĠM, Martha Carabott (newsbook.com.mt) u Catherine Aquilina (newsbook.com.mt)

Mix-xellug: Nigel Mifsud (PBS), Graziella Ellul (newsbook.com.mt), Charles Camenzuli, Membru tal-Kunsill tal-IĠM, Martha Carabott (newsbook.com.mt) u Catherine Aquilina (newsbook.com.mt)

Il-finalisti tal-kategorija tal-ġurnaliżmu elettroniku tal-Malta Journalism Awards sponsorjata minn SmartCity Malta huma Catherine Aquilina, Martha Carabott u Graziella Ellul ġurnalisti tas-sit elettroniku Newsbook.com.mt u Nigel Mifsud ġurnalist tal-PBS. Fil-kategorija tal- ġurnaliżmu elettroniku din is-sena ħadu sehem numru rekord ta’ 15-il parteċipant.

Dwar dan l-isponsorship, il-kap eżekuttiv ta’ SmartCity Malta, is-sur Anthony P. Tabone qal “Ninsabu onorati li għal sena oħra qed nisponsorjaw il-kategorija tal-ġurnaliżmu elettroniku.Fil-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum kemm internazzjonalment kif ukoll f’pajjiżna, il-komunikazzjoni elettronika qed issir aktar importanti, għalhekk illum il-ġurnaliżmu elettroniku huwa kruċjali għaliex jilħaq ħafna nies b’mod immedjat.”

“SamartCity Malta huwa mibni biex joffri servizzi għall-kumpaniji fis-setturi ta’ l-għarfien ta’ l-informatika u għalhekk ninsabu impenjati biex dan il-proġett isir iċ-ċentru ewlieni għall-knowledge- based clusters. Għalhekk aħna kuntenti ħafna li qed nirrikonoxxu x-xogħol eċċelenti ta’ dawn il-ġurnalisti Maltin li qed jikkompetu f’din il-kategorija,” temm igħid is-sur Tabone.

Il-Malta Journalism Awards huma organizzati mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM). Ir-rebbieħa ta’ din is-26 edizzjoni se jithabbru nhar is-Sibt, 21 ta’ Mejju fil-lukanda The Palace f’tas-Sliema.

Advertisements