L-IĠM ITENNI L-APPELL GĦAR-RISPETT LEJN IL-ĠURNALISTI

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, IĠM, huwa mħasseb serjament għal kif qed jevolvu l- attivitajiet politiċi, partikolarment bil-mod kif il-ħidma tal-ġurnalisti qed tiżżeffen fin-nofs.

L-IĠM itenni jappella għar-rispett lejn il-ħidma tal-ġurnalisti waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Huwa inaċċettabbli li l-ġurnalisti jiġu mxekkla jaħdmu waqt li l-IĠM jitlob li f’każi bħal ta’ dalgħodu, il-ġurnalisti jingħataw protezzjoni kif dejjem ġie mtenni.

Sadattant, l-IĠM fil-jiem li ġejjin se jikkomunika pubblikament proposta li se tkun diskussa fi ħdan il-Kunsill u li għandha tindirizza s-sitwazzjoni inaċċettabbli, ġejja minn fejn ġejja, fil-konfront ta’ ġurnalisti waqt ħidmiethom, partikolarment f’attivitajiet organizzati mill-partiti politiċi.

Advertisements