HSBC Malta jisponsorja l-kategorija tal-Ġurnaliżmu Stampat tal-Malta Journalism Awards

 

 It-Teżorier tal-IĠM Mario Schiavone qed jirċievi l-isponsorship ta’ HSBC għall-kategorija ta’ Ġurnaliżmu Stampat mill-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Bank HSBC Malta Franco Aloisio

It-Teżorier tal-IĠM Mario Schiavone qed jirċievi l-isponsorship ta’ HSBC għall-kategorija ta’ Ġurnaliżmu Stampat mill-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Bank HSBC Malta Franco Aloisio

Il-Bank HSBC Malta qed jisponsorja l-kategorija Ġurnaliżmu Stampat – Aħbarijiet tas-26 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards bħala rikonoxximent tal-kontribuzzjoni li l-ġurnalisti Maltin jagħtu lis-soċjeta’. Il-kategorija tal-Ġurnaliżmu Stampat hi meqjusa bħala l-ogħla kategorija tal-Unuri.

Il-Malta Journalism Awards huma organizzati mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM), fejn ix-xogħol ta’ sena jilħaq il-qofol tiegħu b’rikonoxximent ta’ 16-il rebbieħ f’erba’ taqsimiet ġurnalistiċi ewlenin: stampar, xandir, e-ġurnaliżmu u kategoriji ġenerali.

“Għal iktar minn kwart ta’ seklu, l-unuri tal-IĠM jirikonoxxu il-fatt li l-ġurnaliżmu jwettaq bidla posittiva fis-soċjetà Maltija,” qal il-Kap tal-Komunikazzjoni ta’ HSBC Malta Franco Aloisio, li ppreżenta l-isponsorship tal-Bank lill-Istitut.

Iċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni tal-Malta Journalism Awards ser issir is-Sibt 7 ta’ Mejju 2016, fil-lukanda The Palace, Tas-Sliema.

Advertisements