STQARRIJA: THEDDID U TFIXKIL FIL-QADI TA’ DMIRIJIET TAL-ĠURNALISTI

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, IĠM, b’dispjaċir jinnota li qegħdin jiżviluppaw diversi okkażjonijiet fejn il-ħidma tal-ġurnalisti qed tkun mhedda jew imxekkla. Fi kwalunkwe każ, dawn l-okkażjonijiet jikkostitwixxu f’theddida kbira għal-libertà tal-istampa.

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin huwa wkoll mħasseb serjament minħabba li qed jiżviluppaw każi fejn f’okkażjonijiet varji, xogħol il-ġurnalisti qed ikun mhedded anki b’libelli, inkluż kriminali, bl-iskop li tintefa’ pressjoni u fi sforz biex jingħalaq ħalq il-ġurnalisti. F’każi oħra l-ġurnalist qed jintalab jixkef is-sorsi tiegħu.

F’pajjiż demokratiku m’hemmx lok għal dan it-theddid u pressjoni fuq il-professjoni ġurnalistika, u għalhekk kull sforz li jkun qed isir f’dan ir-rigward, huwa kundannabbli.

Għaldaqstant, l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin qiegħed iħeġġeg:

 

  1. lil dawk kollha li jaħdmu fil-midja biex iressqu quddiem l-Istitut kull każ li jkollhom ta’ theddid, xkiel jew pressjoni waqt il-qadi ta’ dmirijiethom u minnufih jirrappurtaw il-każ lill-Pulizija; u

 

  1. lill-Gvern biex bla aktar dewmien jitneħħa l-libell kriminali fil-konfront tal-membri tal-midja. Din il-kwistjoni kellha tkun magħluqa sa tmiem l-2015 kif kien twiegħed lill-IĠM f’laqgħat mal-Ministru tal-Ġustizzja.
Advertisements