Farsons Foundation iġġedded l-isponsorship tal-Premju fil-Ġurnaliżmu Fotografiku

Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Farsons Bryan A. Gera jippreżenta l-isponsorship liċ-Chairman tal-IĠM Karl Wright fil-preżenza tat-Trustee tal-Fondazzjoni Michael Farrugia

Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Farsons Bryan A. Gera jippreżenta l-isponsorship liċ-Chairman tal-IĠM Karl Wright fil-preżenza tat-Trustee tal-Fondazzjoni Michael Farrugia

Li tiġbed ritratt bl-azzjoni f’waqtha fuq il-post tal-grajja għandu jkun wieħed mill-iktar mumenti ta’ sodisfazzjoni għall-ġurnalist fotografu. Konvinti li l-ġurnaliżmu fotografiku għandu rwol essenzjali fil-ħolqien ta’ stejjer interessanti u effettivi. Hu propju għalhekk li qed inkomplu nappoġġjaw dan il-premju partikolari.

Dan intqal miċ-Chairman tal-Fondazzjoni Farsons Bryan A. Gera waqt il-preżentazzjoni tal-isponsorship tal-Premju fil-Ġurnaliżmu Fotografiku għas-26 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards organizzata mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM).

Il-premju tal-Ġurnaliżmu Fotografiku jonora l-impenn tal-ġurnalisti fotografi f’Malta biex itejbu l-istejjer tal-gazzetti u tal-magazins bix-xogħol tajjeb tagħhom. Il-Fondazzjoni Farsons ilha toffri l-appoġġ tagħha għall-Premju fil-Ġurnaliżmu Fotografiku għal dawn l-aħħar 15-il sena. Din il-kategorija hi waħda mill-iktar kategoriji li ilhom parti mill-Malta Journalism Awards. Iċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni ser issir fis-7 ta’ Mejju 2016.   

“Il-finalisti ta’ kull kategorija tal-Malta Journalism Awards ser jitħabbru x-xahar li ġej. Bħalissa, is-sottomissjonijiet għal kull kategorija qed ikunu evalwati minn tliet ġudikanti,” qal Karl Wright, iċ-Chairman tal-IĠM.

Advertisements