GreenPak iġġeddedd l-appoġġ għall-Malta Journalism Awards

Il-Kap Eżekuttiv ta’ GreenPak Coop Society l-Inġ Mario Schembri qed jippreżenta lis-sponsorship ta’ GreenPak liċ-Chairman tal-IĠM Karl Wright

Il-Kap Eżekuttiv ta’ GreenPak Coop Society l-Inġ Mario Schembri qed jippreżenta lis-sponsorship ta’ GreenPak liċ-Chairman tal-IĠM Karl Wright

Bl-għan li tinkuraġġixxi iktar għarfien u edukazzjoni dwar kwistjonijiet ambjentali, GreenPak Coop Society qegħda ġġedded l-appoġġ tagħha lil Malta Journalism Awards (IĠM) billi tisponsorja l-kategorija tal-Ġurnaliżmu Ambjentali għas-seba’ sena konsekuttiva.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ GreenPak Coop Society l-Ing Mario Schembri qal: “Nemmnu li l-mezzi tal-komunikazzjoni f’Malta għandhom rwol edukattiv essenzjali x’iwettqu. GreenPak qed tkompli tappoġġja dan il-premju għax irridu nippromwovu stejjer fil-midja li jkopru firxa aktar wiesa’ u dettaljata ta’ suġġetti ambjentali, li fl-aħħar mill-aħħar, għandhom impatt sinifikanti ikbar fuq l-iżvilupp soċjali u ekonomiku f’pajjiż bħal Malta.”

“Il-Premju fil-Ġurnaliżmu Ambjentali għandu jservi bħala mira għall-ġurnalisiti tal-lum u tal-futur biex jikkunsidraw li jagħtu l-importanza dovuta lill- ambjent u jaġixxu fir-rwol tagħhom li jwasslu stejjer pożittivi u negattivi li jaffettaw l-ambjent Malti,” żied l-Inġ Schembri.

Iċ-Chairman tal-IĠM Karl Wright qal: “Il-kategorija tal-ġurnaliżmu ambjentali twaqqfet fl-2009 biex tagħti għarfien mistħoqq lil dawk il-ġurnalisti li jużaw il-ġurnaliżmu biex jinfurmaw u jedukaw lill-qarrejja u lis-semmiegħa rispettivi tagħhom dwar temi ambjentali. Kull portafoll ta’ sottomissjonijiet ikun eżaminat prinċipalment għall-valur tal-aħbar tiegħu, jiġifieri xogħlijiet li jżidu jew jinkoraġġixxu dibattitu dwar temi ambjentali attwali; u għall-mod kif jistà jaffettwa jew jinfluwenza b’mod pożittiv lill-komunità.”

Il-finalisti tal-Malta Journalism Awards għall-kategoriji kollha ser jitħabbru nhar it-Tnejn 4 ta’ April 2016, filwaqt li ċ-ċerimonja finali ser issir nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju 2016 fil-lukanda The Palace, Tas-Sliema.  

Advertisements