L-IĠM JIKKUNDANNA T-THEDDID FIL-KONFRONT TAL-ĠURNALIST VICTOR VELLA U JITLOB LILL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA JINVESTIGA

 

 

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jikkundanna bil-qawwa kollha t-theddid personali li rċievew permezz ta’ ittra anonima l-ġurnalist tal-ġurnal l-orizzont Victor Vella u l-familja tiegħu għal raġunijiet razzjali.

F’messaġġ lill-familja Vella, Karl Wright, Chairman tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin fisser dan l-att bħala kodard li ma jagħmilx ġieħ lil min kitbu, aħseb u ara lin-nazzjon.

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jitlob lill-Kummissarju tal-Pulizija biex dan it-theddid jiġi investigat biex tinqabad il-persuna kodarda li nħbiet wara l-anonimità biex twassal it-theddid razzjali taghha bi ksur tal-liġijiet ta’ Malta.

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin waqt li juri solidarjetà sħiħa mal-ġurnalist Victor Vella u ma’ familtu, iħeġġu biex b’kuraġġ jibqa’ għaddej bil-ħidma professjonali tiegħu u jwassal il-messaġġ ta’ dawk fost l-aktar vulnerabbli fid-dinja.

Advertisements