STQARRIJA TA’ APPOĠĠ MILL-ISTITUT TAL-ĠURNALISTI MALTIN

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin juri solidarjeta’ mal-ġurnalisti membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u ma’ dawk barranin membri tal-AIPS Europe illi lejliet il-partita internazzjonali Malta – Kroazja ma tħallewx jidħlu għal Media Conference tal-kowċ nazzjonali Malti. Huwa assurd il-fatt li sitt camerapersons u ħames ġurnalisti ma tħallewx jattendu għaliex waslu sekondi tard mill-ħin stipulat.

 

Dan l-incident itappan mhux ftit ir-relazzjoni tal-media ma’ entita’ ewlenija bħalma hi l-Malta Football Association. L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin f’ġieħ il-ħarsien tal-media jitlob spjegazzjoni immedjatja mill-MFA u minn min kien responsabbli u fl-istess waqt jagħti appoġġ għal kull azzjoni li l-GħĠS eventwalment tista’ tieħu.

 

Dan huwa każ ieħor ma’ dawk li l-Unjoni tal-Ġurnalisti tal-Isport fl-Ewropa  qed issib quddiemha liema każ għandu jitqies bħala wieħed serju u jitressaq għad-diskussjoni fi ħdan l-ogħla awtoritajiet tal-media tal-isport internazzjonali.
Advertisements