Malta Journalism Awards: Jitħabbru r-rebbieħa tal-25 edizzjoni

This slideshow requires JavaScript.

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) il-Ġimgħa 10 ta’ Lulju ħabbar il-ġurnalisti rebbieħa tal-25 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards f’ċerimonja li saret fi SmartCity Malta fejn matulha jkunu ppremjati dawk li jaħdmu fil-ġurnaliżmu.

Fl-istess ċerimonja, ġurija indipendenti ippreseduta mill-President Emeritus Dr George Abela bħala Chairman, flimkien mas-Sur Tonio Bonello u s-Sinjura Josanne Cassar ħabbret lis-Sur Joseph Brockdorff, bħala r-rebbieħ tal-Gold Award.

Il-President Emeritus Dr Ugo Mifsud Bonnici, Chairman tal-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnaliżmu, ippreżenta l-Gold Award lis-Sinjura Aurelia Brockdorff f’isem is-Sur Joseph Brockdorff.  Dan l-unur jingħata lil persuna nnominata li skond il-Ġurija tkun marret lil hinn minn rekwiżiti ta’ prattika normali fil-ġurnaliżmu.

Ġurija indipendenti oħra kienet maħtura mill-IĠM biex tevalwa s-sottomissjonijiet għall-Malta Journalism Awards. Din kienet magħmulha minn Dr Charles Xuereb bħala Chairman u mis-sinjuri Pio Dalli u  Charles Meilaq. Dawn kienu r-rebbieħa kollha:

Ġurnaliżmu Stampat – Aħbarijiet – sponsorjata mill-HSBC Bank Malta p.l.c. 

(Trofew ippreżentat minn Franco Aloisio, Head Communications)

Joe Mikallef (il-mument/In-Nazzjon)

Matthew Vella – Runner Up (MaltaToday)

Victor Vella – Runner Up (Union Press)

 

Ġurnaliżmu Fotografiku – sponsorjata minn The Farsons Foundation
(Trofew ippreżentat minn Bryan A. Gera, Chairman)

Darrin Zammit Lupi (The Times of Malta/The Sunday Times of Malta/Reuters)

Joseph Galea – Runner Up (il-mument/In-Nazzjon)

 

Ġurnaliżmu Mxandar – Skript Televiżiv – Aħbarijiet
– sponsorjata mill-Awtorità tax-Xandir
(Trofew ippreżentat minn Anthony J. Tabone, Chairman)

Joe Mikallef (Net TV)

Keith Demicoli – Runner Up (PBS)

Nigel Mifsud – Runner Up (PBS)

 

Ġurnaliżmu Mxandar – Skript Televiżiv – Features
– sponsorjata mill-Awtorità tax-Xandir
(Trofew ippreżentat minn Anthony J. Tabone, Chairman)

Mario Xuereb (PBS)

Reno Bugeja – Runner Up (PBS)

Keith Demicoli – Runner Up (PBS)/Ruth Castillo – Runner Up (PBS)

 

Ġurnaliżmu Mxandar – Filmat Televiżiv

– sponsorjata mill-Awtorità tax-Xandir
(Trofew ippreżentat minn Dr. Simon Manicalo, Segretarju tal-Bord)

It-Tim ta’ Xarabank (PBS)

CVC Media – Runner Up (PBS)

NET TV Newsroom (NET TV)

 

Ġurnaliżmu Mxandar – Radju
– sponsorjata mill-Awtorità tax-Xandir
(Trofew ippreżentat minn Dr. Simon Manicalo, Segretarju tal-Bord)

Norma Saliba (Radju Malta)

Nigel Mifsud – Runner Up (Radju Malta)

Andrew Azzopardi – Runner UP (Radju Malta)

 

Ġurnaliżmu Kulturali – sponsorjata mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu
(Trofew ippreżentat minn Dominic Micallef, Kap Taqsima Storja u Kultura)

Ramona Depares (The Sunday Times of Malta)

Keith Demicoli – Runner Up (PBS)

Noel D’Anastas – Runner Up (il-mument)

 

Ġurnaliżmu dwar l-Ivvjaġġar – sponsorjata minn Brittania Services Limited

(Trofew ippreżentat minn Noel Farrugia, Direttur Maniġerjali)

Norma Saliba (PBS)

Brandon Pisani  – Runner Up (PBS)

Tim ta’ Xarabank – Runner Up (PBS)

 

Ġurnaliżmu Imxandar Sports – Kategorija sponsorjata mill-Fond għall-Kawżi Ġusti

(Trofew ippreżentat mis-Sur Charles Flores, Viċi Chairman tal-Kunsill tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin)

Nigel Mifsud (PBS)

Sandro Micallef – Runner Up (PBS)

Christian Micallef – Runner Up (NET TV)

 

Ġurnaliżmu Stampat Sports – sponsorjata minn Crystal Finance Investments Limited

(trofew ippreżentat mis-Sur Conrad Mifsud, Direttur Finanzjarju)

Kevin Azzopardi (The Sunday Times of Malta)

Lino Bugeja – Runner Up (The Sunday Times of Malta)

 

Ġurnaliżmu Fotografiku Sports

(Trofrew preżentat minn Charles Camenzuli, Membru tal-Kunsill tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin)

Paul Zammit Cutajar (The Times of Malta)

Darrin Zammit Lupi – Runner Up (The Times of Malta/The Sunday Times of Malta/Reuters)

Domenic Aquilina – Runner Up (uefa.com/The Malta Independent/The Professional Imagemaker UK)

 

Ġurnaliżmu Elettroniku (e-Journalism) – sponsorjata minn SmartCity Malta
(Trofew ippreżentat mis-Sinjura Sandra Chetcuti, Events & Marketing Manager)

Catherine Aquilina (newsbook.com.mt)

Charmaine Attard – Runner Up (newsbook.com.mt)

Jesmar Baldacchino – Runner Up (newsbook.com.mt)

 

Artikli ta’ Opinjoni – sponsorjata mill-Bank Ċentrali ta’ Malta

(Trofew ippreżentat minn Stephen Attard, Head Communications)

Michela Spiteri (The Sunday Times of Malta)

Lino Bugeja– Runner Up (The Sunday Times)
Ramona Depares – Runner Up (www.timesofmalta.com)

 

Ġurnaliżmu Ambjentali – sponsorjat mill-Kumpanija Green Pak Co-op Society Limited

(Trofew ippreżentata mill-Inġinier Mario Schembri, Kap Eżekuttiv)

Victor Vella (Union Press)

Keith Demicoli – Runner Up (PBS)

Alan Deidun/Lino Bugeja – Runners Up (The Sunday Times of Malta)

 

L-Ilsien Nazzjonali fil-Ġurnaliżmu – Kategorija Speċjali
(Trofew ippreżentat minn Dr Mario Cassar, f’isem il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti)

Norma Saliba (TVM)

Il-Ġurija ħejjiet ukoll rapport dwar is-sottomissjonijiet u l-livell ġurnalistiku tagħhom, li ġie ppubblikat fil-fuljett tas-serata.

Advertisements