HSBC tisponsorja l-kategorija ewlenija tal-Malta Journalism Awards

HSBC Malta qed tisponsorja l-kategorija tal-ġurnaliżmu stampat taċ-ċerimonja prestiġjuża tal-Malta Journalism Awards (MJA), organizzat mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM). Il-premju tal-ġurnaliżmu stampat hu meqjuż bħala l-kategorija ewlenija tal-Malta Journalism Awards, li din is-sena qed jiċċelebraw il-25 sena anniversarju.

Il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-HSBC Malta Franco Aloisio (xellug) qed ikun muri jippreżenta l-isponsorship tal-Bank liċ-Chairman tal-IĠM Karl Wright.

Il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-HSBC Malta Franco Aloisio (xellug) qed ikun muri jippreżenta l-isponsorship tal-Bank liċ-Chairman tal-IĠM Karl Wright.

“Fl-isfond tal-midja soċjali u midja tradizzjonali, ix-xogħol għaqli tal-ġurnalisti tal-istampar qed ikompli jkun ta’ valur soċjali profond minħabba l-abbiltà li għandu li jifforma opinjoni b’kontenut oriġinali. Il-firxa u varjetà ta’ stejjer li qed jirrappreżentaw it-tlett finalisti hu ta’ rikonoxxenza mhux biss għalihom imma wkoll għall-IĠM bħala l-gwardjan tal-ideali tal-ġurnaliżmu,” qal il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-HSBC Malta Franco Alosio.

“L-Istitut iqis lill-HSBC fost l-imsieħba ewlenin fil-ħidma tiegħu u fl-organizzazzjoni tal-Awards – hu propju għalhekk li f’okkażjoni bħal din l-IĠM jirringrazzja formalment u pubblikament lill-Bank għall-fiduċja tiegħu,” qal iċ-Chairman tal-IĠM Karl Wright.

Il-finalisti ta’ kategorija tal-ġurnaliżmu stampat, skont l-IĠM, huma Joe Mikallef, Matthew Vella, u Victor Vella. Ir-rebbieħa tal-MJA ser jitħabbru nhar l-10 ta’ Lulju waqt iċ-ċerimonja.

Advertisements