Mistoqsija Parlamentari dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni

L-Onorevoli CLYDE PULI 
staqsa lill-Onorevoli JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru):
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16583, jista’ l-Prim Ministru jgħid it-62 talba li daħlu lill-Gvern taħt il-Freedom of Information Act, dwar xiex kienu u minn min saru waħda waħda? Jista’ jagħti r-raġuni għat-18-il talba minnhom li ġew miċħuda waħda waħda?

Tweġiba:      
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn dawn it-62 talba , 19 saru mill-mezzi tax-xandir u 43 saru minn ċittadini privati.

Dawn huma l-mezzi tax-xandir li għamlu it-talbiet:

Standard Publications Ltd
Times of Malta
Media Today Co Ltd
Malta Today
Union Press

Għar-rigward tad-dettalji dwar ċittadini privati, dawn ma jistgħux jingħataw għar-ragunijiet ta’ data protection .

Rigward ir-raġuni għat-18-il talba minnhom li ġew miċħuda, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ghall-Mistoqsija Parlamentari nru 16583.

Advertisements