62 talba magħmula skont il-liġi tal-liberta’ tal-informazzjoni

Minn kemm ilha li daħlet il-liġi tal-libertà tal-informazzjoni (jew Freedom of Information – FOI), l-Uffiċċju tal-Prim Ministru (OPM) irċieva 62 talba għall-informazzjoni.


Minn dawn intlaqgħu 33 talba, 18 kienu rifjutati waqt li 4 talbiet għadhom qed jiġu evalwati. 7 talbiet oħra ngħalqu mill-applikanti jew ma kinux japplikaw.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal dan fil-Parlament bi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Clyde Puli.
Il-Prim Ministru spjega li t-talbiet għall-informazzjoni, li kienu jkopru aspetti differenti tat-tmexxija pubblika, saru kemm mill-mezzi tax-xandir kif ukoll minn individwi privati.
Spjega wkoll li fejn it-talbiet ġew rifjutati, dan seħħ minħabba li l-informazzjoni kienet diġà pubblika, inkella għax l-informazzjoni ma setgħetx tiġi kkwantifikata jew għax għad hemm proċeduri legali pendenti.

Advertisements