Fondazzjoni Farsons tappoġġja l-Ġurnaliżmu Fotografiku

Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Farsons Bryan A. Gera jippreżenta l- isponsorship liċ-Chairman tal-IĠM Karl Wright fil-preżenza tas-Segretarju Onorarju  tal-Fondazzjoni Kenneth Pullicino, u membru mill-Kunsill tal-IĠM Roderick Agius

Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Farsons Bryan A. Gera jippreżenta l-
isponsorship liċ-Chairman tal-IĠM Karl Wright fil-preżenza tas-Segretarju Onorarju
tal-Fondazzjoni Kenneth Pullicino, u membru mill-Kunsill tal-IĠM Roderick Agius

Il-Fondazzjoni Farsons ġeddet l-impenn tagħha li toffri appoġġ lill-Premju fil-Ġurnaliżmu Fotografiku għall-14-il sena konsekuttiva. Il-kategorija tal-Ġurnaliżmu Fotografiku hi waħda mill-iktar kategoriji li ilha parti mill-Malta Journalism Awards. Iċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni ser issir fl-10 ta’ Lulju 2015 fi SmartCity Malta.

Il-premju tal-Ġurnaliżmu Fotografiku jonora l-impenn tal-ġurnalisti fotografi f’Malta biex itejbu l-istejjer tal-gazzetti u tal-magazins bix-xogħol tajjeb tagħhom. Il-livell tar-ritratti ġurnalistiċi kull ma jmur dejjem qed jitjieb f’Malta.

“Il-ġurnaliżmu fotografiku jipprovdi messaġġ effettiv li jtejjeb il-kontenut tal-istorja. Kull fotografu għandu l-istil tiegħu kif jaqbad dak il-mument partikolari. Il-Fondazzjoni Farsons temmen f’din il-forma ta’ arti u hu propju għalhekk li qed inkomplu noffru l-appoġġ tagħna lil din il-kategorija partikolari fil-Malta Journalism Awards,” qal Bryan A. Gera, Chairman tal-Fondazzjoni Farsons.

“Wieħed irid jistaqsi jekk ir-ritratt ġurnalistiku jipprovdix sorpriza, joħloqx emozzjonijiet u jekk isaħħaħx jew ibiddel il-perċezzjonijiet tagħna. Qed infittxu dawk ir-ritratti li joffru sfida, stil u messaġġ qawwi.” qal Karl Wright, Chairman tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM).

Il-Malta Journalism Awards jikkonsistu f’16-il kategorija ġurnalistika li jinkludu ġurnaliżmu stampat, ġurnaliżmu mxandar u ġurnaliżmu elettroniku.

Advertisements