IL-KUNSILL TAL-IĠM F’LAQGĦA MAL-OPPOŻIZZJONI

Delegazzjoni tal-IĠM immexxija miċ-Chairman Karl Wright fil-laqgħa ma' delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista li tmexxiet minn Dr. Simon Busuttil, Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN.

Delegazzjoni tal-IĠM immexxija miċ-Chairman Karl Wright fil-laqgħa ma’ delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista li tmexxiet minn Dr. Simon Busuttil, Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN.

Il-ħidma li qed iwettaq il-Kunsill tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, IĠM, partikolarment biex jitneħħa l-libell kriminali mil-liġijiet Maltin fil-konfront tal-ġurnalisti kienet diskussa f’laqgħa li delegazzjoni tal-Kunsill tal-IĠM, immexxija miċ-Chairman Karl Wright, kellha ma’ delegazzjoni uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista, immexxija minn Dr Simon Busuttil, Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista.

Iż-żewġ naħat iddiskutew diversi kwistjonijiet oħra li jolqtu direttament il-ħidma ġurnalistika fosthom il-prattika inġenerali li tintuża minn entitajiet politiċi, minn imsieħba soċjali u korpi kostitwiti fejn f’xi okkażjonijiet il-ġurnalisti Maltin jitħallew jirrappurtaw biss l-ewwel mumenti ta’ laqgħat li jkunu ġew imsejħa għalihom.

Punti oħra li ġew diskussi u li bħalissa l-Kunsill tal-IĠM qiegħed ukoll jiddiskuti mal-awtoritajiet konċernati huma l-akkreditazzjoni tal-ġurnalisti permezz tal-Press Card, l-istediniet uffiċjali li joħorġu lill-ġurnalisti u lill-media houseskif ukoll ir-rispett lejn il-ġurnalisti fil-qadi ta’ dmirijiethom.

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, IĠM, talab numru ta’ laqgħat, fosthom mal-ġurnalisti fil-mediahouses kollha u anki mal-partiti politiċi, bil-għan li jieħu feedback dwar ir-rwol u l-ħidma tal-IĠM u fl-istess waqt jispjega dak li qed jagħmel.

Advertisements