Apprezzament: David Chircop

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin isellem lil David Chircop li għal numru ta’ snin ħadem bhala cameraman ma’ NET Television hekk kif dalgħodu tħabbret il-mewt tiegħu fl-eta ta’ 41 sena.

David Chircop huwa eżempju ta’ professjonalita fil-qasam tal-ġurnalizmu f’pajjiżna. Huwa ra kif bil-ħidma tieghu jimrah lil hinn minn pajjiżna, b’xogħlijiet li fost oħrajn ħaduh fl-Albanija u fi Sri Lanka fejn mil-lenti tiegħu wassal lit-telespetaturi Maltin u Għawdxin it-tbatijiet ta’ popli li esperjenzaw gwerer u diżastri naturali.

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jibgħat il-kondoljanzi lill-familja Chircop f’dan il-mument diffiċli.

Advertisements