Talba għal protezzjoni lill-membri tal-media

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin qiegħed jappella lill-Kummissarju tal-Pulizija biex minnufih jinvestiga t-theddid lil numru ta’ membri tal-media fosthom ġurnalisti u camermen li lbieraħ filgħaxija kienu qegħdin isegwu l-proċeduri fil-Qorti fil-konfront tal-kaċċaturi wara l-protesta li saret nhar il-Ħadd li għadda, u li fiha ġurnalisti kienu għal darb’oħra mhedda u attakkati bi vjolenza.

L-Istitut tal-Ġurnalisti jħeġġeġ lill-awtoritajiet konċernati biex jipproteġu lill-membri tal-media waqt il-ħidma taghom, partikolarment wara t-theddid li sar ilbieraħ filgħaxija u li kull rapport li daħal lill-Pulizija jiġi investigat bla dewmien. L-Istitut qiegħed iħeġġeġ lill-membri tal-media biex jirrappurtaw lill-awtoritajiet konċernati kull theddid li sar jew li jista’ jsir fil-konfront tagħhom.

L-Istitut tal-Ġurnalisti jikkundanna bil-qawwa kollha s-sens ta’ nuqqas ta’ ċivilita u nuqqas ta’ rispett kif intwera lbieraħ lejn istituzzjonijiet demokratiċi fil-pajjiz.

Advertisements