Kundanna ta’ attakk vjolenti fuq membri tal-media

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jikkundanna bla ebda riserva l-attakk vjolenti li sar fuq membri tal-media tal-Allied Newspapers waqt il-qadi ta’ dmirijiethom fil-ħin ta’ protesta minn grupp ta’ kaċċaturi fil-Belt Valletta. Attakk bħal dan huwa inaċċettabbli  f’soċjeta demokratika u ċivilizzata, aktar u aktar meta bħal dan il-każ, ġurnalist u fotografu kienu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom jirrappurtaw dak li kien qiegħed iseħħ fil-ħin tal-protesta.

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin qiegħed jitlob ukoll lill-awtoritajiet konċernati biex jieħdu l-passi meħtieġa kontra minn wettaq dawn l-atti vjolenti kontra membri tal-media, u min hu responsabbli jitressaq quddiem il-ġustizzja.

Advertisements