L-IĠM isellem lil Anton Cassar

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin isellem il-memorja tal-ġurnalist veteran Anton Cassar li għal ħafna snin kien membru tal-Istitut.

Anton Cassar kien l-ewwel editur tal-ġurnal tal-General Workers’ Union l-orizzont, b’karriera twila fil-ġurnaliżmu u li matulha ħarreġ numru kbir ta’ żgħażagħ fil-ġurnaliżmu.

Fl-1999 Anton Cassar kien rebaħ il-Gold Award li jorganizza l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin.

Hu wkoll awtur ta’ numru kbir ta’ kotba waqt li ta kontribut qawwi f’oqsma oħra tas-soċjetà.

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jagħti l-kondoljanzi lill-familja ta’ Anton Cassar.

Advertisements