Malta Journalism Awards: Jitħabbru r-rebbieħa tat-23 edizzjoni

Malta Journalism Awards TrophyL-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) is-Sibt filgħaxija ħabbar il-ġurnalisti rebbieħa tat-23 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards f’ċermonja li saret fil-lukanda The Palace u li rat lill-kumpanija A.X. Holdings tikkollabora għall-ħames sena konsekuttiva mal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin f’din l-attività annwali li matulha jkunu ippremjati dawk li jaħdmu fil-ġurnaliżmu.

Fl-istess ċerimonja, ġurija indipendenti, ippreseduta mill-President Emeritus Dr Edward Fenech Adami bħala Chairman, flimkien mas-Sinjuri Anna Bonanno u Lawrence Grech, ħabbret lil John Inguanez bħala r-rebbieħ tal-Gold Award.

Il-President Emeritus Dr Ugo Mifsud Bonnici, Chairman tal-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnaliżmu (FTFEĠ) ippreżenta l-Gold Award lil John Inguanez. Dan l-unur jingħata lil persuna nominata li skont il-ġurija tkun marret lil hinn minn rekwiżiti ta’ prattika normali fil-ġurnaliżmu tul il-karriera ġurnalistika tagħha.

Is-Sur John Inguanez (tieni mil-lemin) qed jinghata l-Gold Award.

Is-Sur John Inguanez (tieni mil-lemin) qed jinghata l-Gold Award.

 

Fl-edizzjonijiet li saru s’issa dan l-unur intrebaħ minn Fr Joe Borg (1998), Anton Cassar (1999), Frank Attard (2000), J.G. Vassallo (2001), Anthony Montanaro (2002), John Manduca (2003), Charles Grech Orr (2004), Pawlu Carachi (2005), Paul Saliba (2006), Lino Cassar (2007), Dr Joseph Micallef Stafrace (2008), Lino Spiteri (2009), Victor Aquilina (2010) Michael Schiavone (2011) u John Micallef – Roamer (2012).

Gurija indipendenti oħra maħtura mill-IĠM biex tevalwa d-59 sottomissjoniji fil-Malta Journalism Awards, kienet magħmula mis-Sinjuri Frans Camilleri bħala Chairman, u Carmel Callus, Tony Barbaro Sant u Joseph Cachia bħala membri.

Ir-rebbieħa fil-Malta Journalism Awards għall-2013 huma:

Ġurnaliżmu Stampat – Aħbarijiet – sponsorjata mill-HSBC Bank Malta p.l.c.

(Trofew ippreżentat minn Franco Aloisio, Kap tal-Komunikazzjoni)

  • Claudia Calleja (The Times)
  • Christian Peregin – Runner Up (The Times)
  • Kurt Sansone – Runner Up (The Times)

Ġurnaliżmu Stampat – Features – sponsorjata minn GO p.l.c.

(Trofew ippreżentat minn Marcus Golder, Chief Commercial Officer)

  • Kristina Chetcuti (The Sunday Times)
  • Christian Peregin – Runner Up (The Times)
  • Claudia Calleja – Runner Up (The Times)

Ġurnaliżmu Fotografiku – sponsorjata minn The Farsons FoundationIGM MJA 2013 awards and backdrop

(Trofew ippreżentat minn Bryan A Gera, Chairman)

  • Joseph Galea (media.link communications)
  • Darrin Zammit Lupi – Runner Up (The Times)
  • Matthew Mirabelli – Runner Up (The Times)

Ġurnaliżmu dwar l-Ivvjaġġar – sponsorjata minn Turkish Airlines

(Trofew ippreżentat minn M. Soner Aydin, General Manager, Turkish Airlines – Malta)

  • Paul Zammit Cutajar (The Sunday Times)
  • CVC Media – Runner Up (PBS)
  • Lino Bugeja (The Sunday Times)

Ġurnaliżmu Mxandar – Skript Televiżiv – Ahbarijiet

– sponsorjata mill-Awtorità tax-Xandir

(Trofew ippreżentat minn Anthony Tabone, Chairman)

  • Mario Micallef (PBS)
  • Ruth Amaira – Runner Up (PBS)
  • David Bonello – Runner Up (PBS)

Ġurnaliżmu Mxandar – Skript Televiżiv – Features

– sponsorjata mill-Awtorità tax-Xandir

(Trofew ippreżentat minn Anthony Tabone, Chairman)

  • Tim ta’ Bijografiji (PBS)
  • Mario Micallef – Runner Up (PBS)
  • Melissa Vella – Runner Up (One TV)

Ġurnaliżmu Mxandar – Filmat – sponsorjata mill-Awtorità tax-Xandir

(Trofew ippreżentat minn Pierre Cassar, Kap Eżekuttiv)

  • Mark Zammit Cordina (The Times)
  • Xarabank – Runner Up (PBS)
  • Robert Cremona/Basement Productions (Net TV)

Ġurnaliżmu Mxandar – Radju – sponsorjata mill-Awtorità tax-Xandir

(Trofew ippreżentat minn Pierre Cassar, Kap Eżekuttiv)

  • Andrew Azzopardi (PBS)
  • Lino Bugeja (Campus FM)

Ġurnaliżmu Kulturali – sponsorjata mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu

(Trofew ippreżentat minn Dr Gavin Gulia, Chairman)

  • CVC Media (PBS)
  • Lino Bugeja (The Sunday Times)

Ġurnaliżmu Mxandar Sports – sponsorjata mill-Fond għall-Kawżi ĠustiIGM MJA 2013 audience

(Trofew ippreżentat mis-Sur Joe Vella, Segretarju Ġenerali tal-IĠM fin-nuqqas ta’ rapprezentant tal-Fond għall-Kawżi Ġusti)

  • Christian Micallef, George Micallef u Roderick Vassallo (Net TV)
  • Chris Muscat (Net TV)

Ġurnaliżmu Stampat Sports – sponsorjata mill-Kunsill Malti għall-Isports

(Trofew ippreżentat mis-Sur Jonathan Barbara, Chairman)

  • Kevin Azzopardi (The Times)
  • Kurt Sansone (The Times)
  • Lino Bugeja (The Times)

Ġurnaliżmu Fotografiku Sportiv – sponsorjata mill-Malta International Airport p.l.c.

(Trofew ippreżentat minn Reuben Sciberras, Kap Taqsima Relazzjonijiet Pubbliċi u Corporate Communications)

  • Paul Zammit Cutajar (The Sunday Times)
  • Darrin Zammit Lupi – Runner Up (The Times)
  • Matthew Mirabelli – Runner Up (The Times)

Ġurnaliżmu Elettroniku (e-Journalism) – sponsorjata minn SmartCity Malta

(Trofew ippreżentat minn Gordon Cachia, Business Development Manager)

  • Christian Peregin (timesofmalta.com)
  • Darrin Zammit Lupi (timesofmalta.com)
  • Josanne Cassar – Runner Up (josannecassar.com)

The George Sammut Opinion Article Award – sponsorjat mill-Familja Sammut

(Trofew ippreżentat minn Dr Austin Sammut)

  • Michela Spiteri (The Sunday Times)
  • Claire Bonello – Runner Up (The Sunday Times)
  • Andrew Azzopardi – Runner Up (The Times)

Ġurnaliżmu Ambjentali – sponsorjat mill-Kumpanija Green Pak Coop Society

(Trofew ippreżentat mill-Inġinier Mario Schembri, Kap Eżekuttiv)

  • CVC Media (PBS)
  • Alan Deidun – Runner Up (The Sunday Times)
  • Lino Bugeja – Runner Up (The Sunday Times/Illum)

L-Ilsien Nazzjonali fil-Ġurnaliżmu – Kategorija Specjali

(Trofew ippreżentat minn Carmel Azzopardi, President tal-Akkademja tal-Malti)

  • Tim ta’ Bijografiji (PBS)

Il-Ġurija hejjiet ukoll rapport dwar is-sottomissjonijiet u l-livell ġurnalistiku tagħhom.

Advertisements