42 FINALISTA FIT-23 EDIZZJONI TAL-MALTA JOURNALISM AWARDS

Malta Journalism Awards TrophyL-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ħabbar l-ismijiet tat-42 finalista li laħqu l-istadju finali minn fost 59 participant li hadu sehem fil-kompetizzjoni ġurnalistika annwali tal-Malta Journalism Awards.

Din hi t-23 edizzjoni konsekuttiva li l-Istitut tal-Gurnalisti Maltin qed jorganizza. Matul is-snin, din il-kompetizzjoni kibret u llum għandha 16-il kategorija. Diversi istituzzjonijiet u kumpaniji ewlenin, sena wara l-ohra, jisponsorjaw il-Malta Journalism Awards b’din is-sena jidhlu tliet sponsors godda; GO plc, Turkish Airlines u l-Kunsill Malti ghall-Isports.

Sponsors ohra li ilhom ghal snin twal jappoggjaw din l-inizjattiva huma l-Awtorita tax-Xandir li tisponsorja erba’ kategoriji, l-HSBC Bank Malta plc, il-Fond ghall-Kawżi Ġusti, SmartCity Malta, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, The Farsons Foundation, Malta International Airport plc, mill-GreenPak Coop Society u l-Familja Sammut.

Il-Finalisti ta’ din is-sena f’ordni alfabetika hu kif gej:

Ġunaliżu Stampat – Aħarijiet – sponsorjata mill-HSBC Bank Malta plc
Claudia Calleja
Chris Peregin
Kurt Sansone

Ġunaliżmu Stampat – Features – sponsorjat minn GO plc
Claudia Calleja
Kristina Chetcuti
Chris Peregin

Ġurnaliżmu Fotografiku – sponsorjatat minn The Farsons Foundation
Joseph Galea
Matthew Mirabelli
Darrin Zammit Lupi

Ġurnaliżmu dwar l-Ivvjaġġar – sponsorjatat minn Turkish Airlines
Lino Bugeja
Alvin Scicluna
Paul Zammit Cutajar

Ġurnalizmu Mxandar – Skript Televiżiv Aħbarijiet– sponsorjata mill-Awtorità tax-Xandir
Ruth Amaira
David Bonello
Mario Micallef

Ġurnaliżmu Mxandar – Skript Televiżiv Features – sponsorjata mill-Awtorità tax-Xandir
Tim ta’ Bijografiji
Mario Micallef
Melissa Vella

Ġurnaliżmu Mxandar – Filmat Televiżiv – sponsorjata mill-Awtorità tax-Xandir
Robert Cremona/Basement Productions
Xarabank
Mark Zammit Cordina

Ġurnaliżmu Mxandar – Radio – sponsorjata mill-Awtorita` tax-Xandir
Lino Bugeja
Andrew Azzopardi

Ġurnaliżmu Kulturali – sponsorjata mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu
Lino Bugeja
Alvin Scicluna CVC Media)

Ġurnaliżmu Sportiv – sponsorjata mill-Fond ghall-Kawżi Ġusti
Christian Micallef/George Micallef/Roderick Vella
Chris Muscat

Ġurnaliżmu Stampat Sports – sponsorjata mill-Kunsill Malti ghall-Isport
Kevin Azzopardi
Lino Bugeja
Kurt Sansone

Ġurnaliżmu Fotografiku Sportiv – sponsorjata mill-Malta International Airport plc
Paul Zammit Cutajar
Matthew Mirabelli
Darrin Zammit Lupi

e-Ġurnaliżmu – sponsorjata minn SmartCity Malta
Josanne Cassar
Chris Peregin
Darrin Zammit Lupi

Artikli ta’ Opinjoni – sponorjata mill-Familja Sammut
Andrew Azzopardi
Claire Bonello
Michela Spiteri

Ġurnaliżmu Ambjentali – sponsorjata minn GreenPak Coop Society
Lino Bugeja
Alan Deidun
Alvin Scicluna/CVC Media.

Il-ġurija qed tħejji wkoll rapport dettaljat dwar is-sottomissjonijiet u l-livell ġurnalistiku tagħhom, li għandu jkun ippubblikat fil-jum tal-premjazzjoni fis-serata finali. Dakinhar jitħabbru wkoll l-ismijiet tal-membri li huma fuq il-ġurija għal din l-edizzjoni.

Din is-sena ċ-ċerimonja tal-premjazzjoni se ssir fil-15 ta’ Gunju, 2013.

Ir-rebbieħ tal-kategorija tal-Ahjar Uzu tal-Lingwa Maltija fil-Ġurnaliżmu jitħabbar dakinhar fil-lejla tal-preżentazzjoni.

Fl-istess ċerimonja jitħabbar ukoll ir-rebbieħ tal-Gold Award, sponsorjata mill-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnaliżmu. Dan l-unur jingħata lil persuna nominata li skond il-ġurija tkun marret lil hinn mir-rekwiżiti ta’ prattika normali fil-ġurnaliżmu tul il-karriera ġurnalistika tagħha. Il-Gold Award ilu jingħata mill-1998.

Tmiem

Advertisements