IMUT Il-PIJUNIER TAL-KRITIKA ĊINEMATOGRAFA F’MALTA

Stqarrija għall-istampa 10/2012

Data: 8 ta’ Novembru 2012

Il-mewt ta’ Lino Cassar fl-eta’ ta’  76 sena  tard illlejla…

 Il-Kunsill tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) espima s-sogħba kollha tiegħu  għall-mewt  tal-ġurnalist veteran Lino Cassar, li tħabbret ftit tas-sigħat ilu fl-eta’ ta’ 76 sena.

“Cassar kien pijunier fil-qasam tal-kritika ċinematografa, fejn għal għexieren ta’ snin kien jikkontriwixxi bl-artikoli tal-films lil bosta oqsma tal-midja fosthom lit-Torċa kif ukoll lill-Gwida, fost l-oħrajn,’saħaq il-Kunsill tal-IĠM fi stqarrija għall-istampa maħruġa ftit tal-ħin ilu.

Fakkar kif Cassar kien “enċeplopedija umana tal-qasam taċ-ċinema, li kienet frott ta’ bosta esperjenzi personali kif ukoll mill-pubblikazzjonijiet rinomati f’dan il-qasam”.

Fost il-karigi li serva marbuta mal-qasam tal-ammiistazzjoni taċ-ċinema kien kap tat-taqsim tal-films fil-PBS – dakinhar Xandir Malta — ċermen tal-Malta Film Facilities fis-snin 80 u, aktar tard, Ċermen tal-Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Films fl-1997.

Casssr kien magħruf ukoll għall-ħidma tiegħu fil-qasam tas-satira politika bil-ħruġ ta’ Ix-Xewka.

Fl-aħħar snin tal-karriera tiegħu, Cassar kien beda jikteb kolonna ta’ kull nhar ta’ ħadd “Ħadd wara Ħadd” fil-gazzetta It-Torċa,  li kienet taħlita bejn satira u kritika politka.

Oriġinarjament, huwa kien imur jikteb l-artiklu il-jum ta’ qabel fuq tajprajter, imma bid-dħul tal-destop publishing, huwa kellu jaqleb għall-kompjuter.

Minkejja li huwa kien diġa’ ta’ ċertu eta’, huwa ma qatax qalbu u nstalla kompjuter u baqa’ jitkeb l-artikli sakemm kien waqa’ u kellu jiġi rikoverat fl-Isptar Karin Grech għar-rijabiltazzjoni.

Wara li qaleb għall-aħjar, huwa daħal fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta, fejn huwa miet għall-ħabta tat-8.00 p.m.

Huwa kien irċieva l-Gold Award fl-2007 għall-ħidma fil-prattika tal-ġurnalizmu li tmur lilhinn mill-rekwiżiti tal-prattika normali tal-professjoni.

Il-Kunsill tal-Istitut esprima l-kondoljanzi tiegħu għall-mewt ta’ Cassar, fosthom lil uliedu u lil bosta qraba oħra u ħbieb, fost l-oħrajn.

Advertisements