Qbil li l-libell Kriminali għandu jitneħħa

Stqarrija għall-Istampa xx/2012

Data: 30 t’April 2012

Imressaq ir-rapport tal-IĠM fil-Parlament

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ressaq ir-rapport tiegħu b’bosta rakkomdazzjonijiet ta’ liġijiet, sew Ewlenija kif ukoll Sussidjara, li taffettwa l-ħajja ta’ kuljum tal-ġurnalisti Maltin u Għawdxin.

Dan ir-rapport ta’ 5 paġni tressaq fil-Kumitat Parlamentari għall-Kodikazzjoni u t-Tisħih tal-Liġijiet mmexxi mid-Deputat Franco Debono (PN) u magħmul mid-Deputati Francis Zammit  Dimech (PN) u d-Deputat Jose’ Herrera (PL).

Ir-rapport tressaq miċ-Ċermen tal-IĠM Malcolm J. Naudi (kopja tiegħu qed jinhemeż ma’ din l-istqarrija)

“Hemm ħafna liġijiet, kemm dawk ewlenin u sussidjarja, li għandhom x’jaqqsmu mal-media. Dawn jinkludu dawn li ġejjin:

Liġijiet Maltin

Ewlenija

      Il-Kostituzzjoni ta’ Malta

      Cap. 350, Att dwar ix-Xandir

      Cap. 248, Att dwar l-Istampa

      Cap. 440, Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data

      Cap. 399, Att biex Jirregola Komunikazzjonijiet Elettroniċi

      Cap 418, Att għat-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni

      Cap. 315, Att dwar il-Kontroll tat-Tipjip tat-Tabakk

      Cap. 9 Kodiċi Kriminali

Sussidjarja

      SL 9.05 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar il-Pornografija u l-Oxxenità

      SL 350.05 tal-Liġijiet ta’ Malta, Kodiċi ta’ Xandir għall-Protezzjoni tal-Minuri

      SL 350.14 tal-Liġijiet ta’ Malta, Ħtiġiet dwar Standards u Prattika li Japplikaw għal Bullettini tal-Aħbarijiet u Programmi ta’ Ġrajjiet Kurrenti

      SL 350.15 tal-Liġijiet ta’ Malta, Ħtiġiet dwar Standards u Prattika dwar is-Sehem ta’ Nies Bla Ħarsien Xieraq fil-Mezzi tax-Xandir

      SL 350.16 tal-Liġijiet ta’ Malta, Ħtiġiet dwar Standards u Prattika li Japplikaw dwar kif għandhom ikunu Rappurtati Traċedji fix-Xandir

      SL 350.17 tal-Liġijiet ta’ Malta, Ħtiġiet dwar Standards u Prattika li Japplikaw dwar id-Diżabilità u l-Preżentazzjoni Tagħha fix-Xandir

      SL 350.18 tal-Liġijiet ta’ Malta, Ħtiġiet dwar Standards u Prattika li Japplikaw dwar Wiri u Smigħ ta’ Programmi għall-Familja

      SL 350.19 tal-Liġijiet ta’ Malta, Ħtiġiet dwar Standards u Prattika li Japplikaw dwar il-Programmi ta’ Phone-Ins Imxandra fuq il-Mezzi tax-Xandir

      SL 350.20 tal-Liġijiet ta’ Malta, Ħtiġiet dwar Standards u Prattika li Japplikaw dwar Sottotitoli u Titoli Oħra fil-Programmi Televiżivi

      SL 350.21 tal-Liġijiet ta’ Malta, Ħtiġiet dwar Standards u Prattika li Japplikaw dwar id-Diversi Tipi ta’ Stħarrġ tal-Opinjoni Pubblika Mxandra fuq is-Servizzi tar-Radji u tat-Televiżjoni

      SL 350.26 tal-Liġijiet ta’ Malta, Ħtiġiet dwar Standards u Prattika biex tinġieb ’il quddiem l-Ugwaljanza Razzjali

      SL 350.30 tal-Liġijiet ta’ Malta, Ħtiġiet dwar Standards u Prattika dwar Programmi li Jinvolvu l-Parteċipazzjoni ta’ ċerti Professjonisti fil-Kura Medika fil-Mezzi tax-Xandir u Ħtiġiet dwar Reklamar, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi li Japplikaw għall-Prodotti u Trattamenti Mediċinali

      SL 399.25 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar Data Personali u l-Protezzjoni tal-Privatezza f’Komunikazzjonijiet Elettroniċi

Avviżi Legali

      LN 245 tal-2001, emendata minn LN 134 tal-2002 u LN 174 tal-2008.

      LN 321 tal-2010 tal-Liġijiet ta’ Malta, Att dwar ix-Xandir, Sostituzzjoni tat-Tielet Skeda (Kodiċi għal Reklami, Telexiri u Sponsorship Għal Xandiriet bir-Radju u t-Televiżjoni)

Abbozzi ta’ Liġijiet

      Abbozz Nru 75, Abbozz biex Jamenda l-Att tax-Xandir, art 7.

“L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin hu tal-fehma li dawn il-liġijiet għandhom jiġu miġbura taħt kappa waħda u jiġu aġġornati. B’dan il-mod, il-media u kull min hu kkonċernat ikun jista’ jkollu aċċess u jsir jaf dwar dawn il-liġijiet kollha f’post wieħed. B’hekk mhux biss ir-regolamenti ikunu iktar uniformi iżda l-liġijiet ikunu osservati u applikati b’mod iktar effiċjenti u ekwu mill-media kollha,”saħaq l-Istitut fir-rapport tiegħu.

Fisser kif  skont teżi bit-titlu, The Suppression of Certain Illegal Content on the Media, ta’ Amaryllis Agius (Università ta’ Malta, 2011), li minnha l-Istitut ħa xi tagħrif u jaqbel ma xi suġġerimenti, “hemm rakkomandazzjoni li jkun hemm Kodiċi ta’ Liġi fuq il-Media u li tinħatar awtorità li tiġbor taħtha r-Reġistratur tal-Istampa, l-Awtorità tax-Xandir u l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni.

“Din l-awtorità tkun punt ta’ riferiment u pariri waqt li taqdi d-dmir ta’ korp li jara li l-Linji Gwida u r-Rekwiżiti qegħdin jiġu rispettati u l-liġijiet rispettivi segwiti,”saħaq ir-rapport.

Ir-rapport tal-IĠM jagħmel ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu biex il-ġurnaliżmu bħala professjoni ikun regolat.

“Il-ġurnaliżmu bħala qasam ta’ xogħol, li wieħed jaqla’ x’jiekol minnu, qatt ma kien u għad ma hux regolat sa llum. Importanti li waqt is-settur tal-media fis-sens wiesa kemm jista’ jkun jibqa’ auto-regolatorju, hemm bżonn li dan jiġi rikonoxxut b’liġi, li allura jissaħħaħ id-dritt li il-ġurnalisti stess, permezz tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, jirregolaw lilhom infushom,”insista r-rapport tal-Istitut.

“Importanti wkoll li fil-liġi jkun hemm definizzjoni ta’ x’inhu ġurnalist u permezz ta’ liġi li l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ikun inkarigat li jżomm Reġistru tal-Ġurnalisti li lilhom jinħarġilhom ‘Press Card’ biex tiffaċilita l-qadi ta’ dmirijiethom. Għandu jkun stabbilit x’inhuma r-rekwiżiti bażiċi biex wieħed jaħdem f’dan il-qasam, xi kwalifiki għandu bżonn u kemm hemm bżonn żmien ta’ prattika biex wieħed jista’ jgħid li laħaq il-livell mixtieq,” ippropona l-IĠM. Il-ġurnalist m’għandux ikun il-wiċċ ta’ kampanji ta’ reklamar fl-ebda media”.

“Hemm bżonn ta’ definizzjoni ta’ min għandu jingħata l-‘Press Card’, kjarifika tad-drittijiet li tagħtik il-‘Press Card’ u min għandu jkun responsabbli mill-ħruġ tal-‘Press Card’. Hemm bżonn ta’ tipi differenti ta’ ‘Press Cards’: għal dawk li jikkoverjaw l-aħbarijiet; għall-ġurnalisti tal-Isport; għal min għandu bżonn aċċess għall-Parlament,” temm  jgħid ir-rapport tal-IĠM.

Il-membru tal-Kumitat Zammit Dimech qabel mal-proposta tal-IĠM dwar l-awtoregolamentazzjoni tal-ġurnalisti.

Kien hemm qbil ġenerali li l-libell Kriminali għandu jitneħħa, imma ma kienx hemm qbil jekk għadux jitla’ l-ammont tal-libell sew ċivili kif ukoll Kriminali wara li jitneħħa dak Kriminali.

Download: IĠM Report on Recodification of Media Laws

Tmiem/

Advertisements